+Artikolu 31 Rispons f'każ li l-ambizzjoni tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima tkun insuffiċjenti
---+Artikolu 31 1.
---+Artikolu 31 2.
---+Artikolu 31 3.
|
Artikolu 31 Rispons f'każ li l-ambizzjoni tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima tkun insuffiċjenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 31 1.
|
Meta, abbażi tal-valutazzjoni tagħha tal-abbozzi tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 9 jew il-valutazzjoni tagħha tal-abbozzi tal-aġġornamenti tal-pjanijiet finali skont l-Artikolu 14, u bħala parti mill-proċess iterattiv, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-objettivi, il-miri u l-kontributi tal-Istati Membri huma insuffiċjenti għall-kisba kollettiva tal-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija u b'mod partikolari, għall-ewwel perijodu ta' għaxar snin, għall-mira vinkolanti tal-Unjoni għall-2030 għall-enerġija rinnovabbli u għall-mira tal-Unjoni għall-2030 għall-effiċjenza enerġetika, hija għandha – fir-rigward tal-mira tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli – u tista' – fir-rigward tal-objettivi l-oħra tal-Unjoni tal-Enerġija – toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri li l-kontributi tagħhom hija tqis li mhumiex suffiċjenti biex iżidu l-ambizzjoni tagħhom sabiex jiġi żgurat livell suffiċjenti ta' ambizzjoni kollettiva.
|
|
Artikolu 31 2.
|
Meta sseħħ diskrepanza bejn il-mira tal-Unjoni għall-2030 u l-kontributi kollettivi tal-Istati Membri fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, il-Kummissjoni għandha tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuq il-formola stabbilita fl-Anness II li hija bbażata fuq il-kriterji oġġettivi elenkati fil-punt (e)(i) sa (v) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1), filwaqt li jitqiesu debitament iċ-ċirkostanzi rilevanti li jaffettwaw l-użu tal-enerġija rinnovabbli kif indikat mill-Istat Membru b'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1). Meta sseħħ diskrepanza bejn il-mira tal-Unjoni għall-2030 u s-somma tal-kontributi nazzjonali fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, tevalwa ċ-ċirkostanzi rilevanti elenkati fl-Artikolu 6(2), l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, ir-riżultati minn eżerċizzji ta' mmudellar fir-rigward tax-xejriet futuri fil-konsum tal-enerġija u analiżi komplementari oħra kif xieraq. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan l-Artikolu, u bl-iskop uniku li jiġi vvalutat jekk hemmx diskrepanza bejn il-mira tal-Unjoni għall-2030 u l-kontributi kollettivi tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha, fil-valutazzjoni tagħha, tipotizza kontribut nazzjonali tal-Istati Membri li ma ppreżentawx l-abbozz tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima tagħhom b'konformità mal-Artikolu 9(1). Fl-ipoteżi tagħha, fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, il-Kummissjoni għandha tqis il-mira vinkolanti nazzjonali tal-Istat Membru għall-2020 kif stipulat fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2018/2001, ir-riżultati minn eżerċizzji ta' mudellar dwar l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli u r-riżultati mill-formula stipulata fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. Fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, hija għandha tqis l-eżerċizzji ta' mmudellar fir-rigward tax-xejriet futuri fil-konsum tal-enerġija u analiżi komplementari oħra kif xieraq. Fil-valutazzjoni tagħha tal-kontributi tal-enerġija rinnovabbli, abbażi tal-formula stipulata fl-Anness II, il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe impatt negattiv potenzjali fuq is-sigurtà tal-provvista u l-istabbiltà tal-grid fis-sistemi tal-enerġija żgħar jew iżolati jew f'sistemi tal-Istati Membri fejn jista' jkun hemm implikazzjonijiet sinifikanti minħabba l-bidla taż-żona sinkronika. Fil-valutazzjoni tagħha tal-kontributi għall-effiċjenza enerġetika, il-Kummissjoni għandha tqis l-impatt potenzjali fuq it-tħaddim tas-sistema tal-elettriku u l-istabbiltà tal-grid fl-Istati Membri fejn jista' jkun hemm implikazzjonijiet sinifikanti minħabba l-bidla taż-żona sinkronika.
|
|
Artikolu 31 3.
|
Meta, abbażi tal-valutazzjoni tagħha dwar il-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u l-aġġornamenti tagħhom skont l-Artikolu 14, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-objettivi, il-miri u l-kontributi tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima jew l-aġġornamenti tagħhom ikunu insuffiċjenti biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni tal-Enerġija u, b'mod partikolari, għall-ewwel perijodu ta' għaxar snin, il-miri għall-enerġija rinnovabbli u għall-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni għall-2030, hija għandha tipproponi miżuri u teżerċità s-setgħat tagħha fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-kisba kollettiva ta' dawk l-objettivi u l-miri. Fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli, tali miżuri għandhom iqisu l-livell ta' ambizzjoni tal-kontributi biex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni għall-2030 mill-Istati Membri stipulat fil-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u fl-aġġornamenti tagħhom.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1999
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|