|
+Artikolu 31 2. |
Artikolu 31 2.Meta sseħħ diskrepanza bejn il-mira tal-Unjoni għall-2030 u l-kontributi kollettivi tal-Istati Membri fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, il-Kummissjoni għandha tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuq il-formola stabbilita fl-Anness II li hija bbażata fuq il-kriterji oġġettivi elenkati fil-punt (e)(i) sa (v) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1), filwaqt li jitqiesu debitament iċ-ċirkostanzi rilevanti li jaffettwaw l-użu tal-enerġija rinnovabbli kif indikat mill-Istat Membru b'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1). Meta sseħħ diskrepanza bejn il-mira tal-Unjoni għall-2030 u s-somma tal-kontributi nazzjonali fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, tevalwa ċ-ċirkostanzi rilevanti elenkati fl-Artikolu 6(2), l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fil-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, ir-riżultati minn eżerċizzji ta' mmudellar fir-rigward tax-xejriet futuri fil-konsum tal-enerġija u analiżi komplementari oħra kif xieraq. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan l-Artikolu, u bl-iskop uniku li jiġi vvalutat jekk hemmx diskrepanza bejn il-mira tal-Unjoni għall-2030 u l-kontributi kollettivi tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha, fil-valutazzjoni tagħha, tipotizza kontribut nazzjonali tal-Istati Membri li ma ppreżentawx l-abbozz tal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima tagħhom b'konformità mal-Artikolu 9(1). Fl-ipoteżi tagħha, fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, il-Kummissjoni għandha tqis il-mira vinkolanti nazzjonali tal-Istat Membru għall-2020 kif stipulat fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2018/2001, ir-riżultati minn eżerċizzji ta' mudellar dwar l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli u r-riżultati mill-formula stipulata fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. Fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika, hija għandha tqis l-eżerċizzji ta' mmudellar fir-rigward tax-xejriet futuri fil-konsum tal-enerġija u analiżi komplementari oħra kif xieraq. Fil-valutazzjoni tagħha tal-kontributi tal-enerġija rinnovabbli, abbażi tal-formula stipulata fl-Anness II, il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe impatt negattiv potenzjali fuq is-sigurtà tal-provvista u l-istabbiltà tal-grid fis-sistemi tal-enerġija żgħar jew iżolati jew f'sistemi tal-Istati Membri fejn jista' jkun hemm implikazzjonijiet sinifikanti minħabba l-bidla taż-żona sinkronika. Fil-valutazzjoni tagħha tal-kontributi għall-effiċjenza enerġetika, il-Kummissjoni għandha tqis l-impatt potenzjali fuq it-tħaddim tas-sistema tal-elettriku u l-istabbiltà tal-grid fl-Istati Membri fejn jista' jkun hemm implikazzjonijiet sinifikanti minħabba l-bidla taż-żona sinkronika. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|