|
+Artikolu 34 2. |
Artikolu 34 2.Meta f'dan ir-Regolament issir referenza għal dan l-Artikolu, għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:
(a)
l-Istat Membru kkonċernat għandu jqis debitament ir-rakkomandazzjoni fi spirtu ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri u l-Unjoni u bejn l-Istati Membri;
(b)
l-Istat Membru għandu jistabbilixxi, fir-rapport nazzjonali integrat tiegħu ta' progress dwar l-enerġija u l-klima li jkun sar sena wara li tkun inħarġet ir-rakkomandazzjoni, kif ikun ikkunsidra debitament ir-rakkomandazzjoni. Jekk l-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi li ma jindirizzax rakkomandazzjoni jew parti sostanzjali minnha, dak l-Istat Membru għandu jipprovdi r-raġunament tiegħu;
(c)
ir-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu komplementari għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż l-iktar reċenti maħruġa fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|