+Artikolu 37 Sistemi ta' inventarji tal-Unjoni u nazzjonali
---+Artikolu 37 1.
---+Artikolu 37 2.
---+Artikolu 37 3.
---+Artikolu 37 4.
---+Artikolu 37 4a.
---+Artikolu 37 5.
---+Artikolu 37 6.
---+Artikolu 37 7.
|
Artikolu 37 Sistemi ta' inventarji tal-Unjoni u nazzjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 37 1.
|
Sal-1 ta' Jannar 2021, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, jħaddmu u jfittxu li jtejbu kontinwament is-sistemi ta' inventarji nazzjonali biex jiġu stmati l-emissjonijiet antropoġeniċi minn sorsi u l-assorbimenti minn bjar ta' gassijiet serra elenkati fil-Parti 2 tal-Anness V u jiġu żgurati t-tempestività, it-trasparenza, ir-reqqa, il-konsistenza, il-paragunabbiltà u l-kompletezza tal-inventarji tagħhom tal-gassijiet serra.
|
|
Artikolu 37 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-inventarji tagħhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni speċifikata fl-Anness XII ta' dan ir-Regolament, jużaw is-sistemi ta' rapportar stabbiliti skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 biex itejbu l-istima tal-gassijiet fluworinati fl-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra u jkunu jistgħu jwettqu l-kontrolli annwali tal-konsistenza msemmija fil-punti (i) u (j) tal-Parti 1 tal-Anness V ta' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 37 3.
|
B'dan hija stabbilita sistema ta' inventarju tal-Unjoni sabiex tiżgura l-puntwalità, it-trasparenza, ir-reqqa, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tal-inventarji nazzjonali fir-rigward tal-inventarju tal-gassijiet serra tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tiġġestixxi, tieħu ħsieb u tfittex li ttejjeb kontinwament dik is-sistema, li għandha tinkludi t-twaqqif ta' programm ta' garanzija tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità, it-twaqqif tal-objettivi tal-kwalità, it-tfassil ta' pjan ta' inventarju tal-garanzija tal-kwalità u tal-kontroll tal-kwalità, il-proċeduri biex jitlestew l-istimi tal-emissjonijiet biex jitħejja l-inventarju tal-Unjoni skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu u r-rieżamijiet imsemmija fl-Artikolu 38.
|
|
Artikolu 37 4.
|
Il-Kummissjoni għandha twettaq kontroll inizjali tar-reqqa tad-data preliminari tal-inventarju tal-gassijiet serra li trid tintbagħat mill-Istati Membri skont l-Artikolu 26(3). Hija għandha tibgħat ir-riżultati ta' dak il-kontroll lill-Istati Membri fi żmien sitt ġimgħat mid-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni. L-Istati Membri għandhom iwieġbu għal kull mistoqsija rilevanti mqajma mill-kontroll inizjali sal-15 ta' Marzu, flimkien mal-preżentazzjoni finali tal-inventarju għas-sena X-2.
|
|
Artikolu 37 4a.
|
Meta matul il-kontroll inizjali mwettaq skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni ssib differenza bejn il-medja annwali tal-assorbimenti netti fis-snin speċifikati fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2018/841 irrapportata minn kwalunkwe Stat Membru fl-2020 u fl-2023 jew fil-preżentazzjoni sussegwenti tal-inventarju tal-gassijiet serra li tkun aktar minn 500 kt ta' ekwivalenti ta' CO2, il-Kummissjoni għandha tivverifika:
(a)
it-trasparenza, ir-reqqa, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni ppreżentata; u
(b)
li dak ir-rapportar tal-LULUCF ikun twettaq b'mod li jkun konsistenti mad-dokumentazzjoni ta' gwida tal-UNFCCC jew mar-regoli tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-riżultati ta' dik il-verifika disponibbli għall-pubbliku.
|
|
Artikolu 37 5.
|
Meta Stat Membru ma jippreżentax id-data għall-inventarju meħtieġa biex jinġabar l-inventarju tal-Unjoni sal-15 ta' Marzu, il-Kummissjoni tista' tħejji stimi biex tikkompleta d-data ppreżentata mill-Istat Membru, b'konsulatazzjoni u kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tuża l-linji gwida applikabbli għat-tħejjija tal-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra.
|
|
Artikolu 37 6.
|
Il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 44(1), għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex jiġu stabbiliti r-regoli dwar l-istruttura, il-format u l-proċess ta' ppreżentazzjoni tal-informazzjoni marbuta mas-sistemi ta' inventarji u mar-rekwiżiti nazzjonali dwar it-twaqqif, it-tħaddim u l-funzjonament tas-sistemi ta' inventarju nazzjonali. Meta tipproponi tali atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe deċiżjoni rilevanti adottata mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta' Pariġi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(6).
|
|
Artikolu 37 7.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 43 sabiex tissupplementa dan ir-Regolament billi tistabbilixxi regoli rigward ir-rekwiżiti għall-istabbiliment, it-tħaddim u l-funzjonament tas-sistema ta' inventarju tal-Unjoni. Meta tipproponi tali atti ta' delega, il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe deċiżjoni rilevanti adottata mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta' Pariġi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1999
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|