+Artikolu 38 Rieżami tal-inventarju
---+Artikolu 38 1.
---+Artikolu 38 1a.
---+Artikolu 38 2.
---+Artikolu 38 3.
---+Artikolu 38 4.
---+Artikolu 38 5.
---+Artikolu 38 6.

Artikolu 38 Rieżami tal-inventarju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 38 1.
Bl-għan li twettaq monitoraġġ tat-tnaqqis jew tal-limitazzjonijiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Istati Membri skont l-Artikoli 4, 9 u 10 tar-Regolament (UE) 2018/842 u tat-tnaqqis tagħhom tal-emissjonijiet u tat-tisħiħ tal-assorbimenti minn bjar skont l-Artikoli 4 u 14 tar-Regolament (UE) 2018/841 u ta' kwalunkwe mira oħra ta' tnaqqis jew ta' limitazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra stabbilita fid-dritt tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, fl-2027 u fl-2032, twettaq rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali ppreżentata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 26(4) ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jipparteċipaw b'mod sħiħ f'dak il-proċess.
Artikolu 38 1a.
Fl-2025, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali ppreżentata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 26(4) ta' dan ir-Regolament, sabiex jiġu ddeterminati l-miri annwali ta' tnaqqis fl-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra tal-Istati Membri skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2018/841 u sabiex jiġu ddeterminati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2018/842.
Artikolu 38 2.

►M3  Ir-rieżami komprensiv imsemmi fil-paragrafi 1 u 1a għandu jinkludi: ◄

(a) 

kontrolli li jivverifikaw it-trasparenza, ir-reqqa, il-konsistenza, il-komparabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni ppreżentata;

(b) 

kontrolli li jidentifikaw każijiet li fihom id-data tal-inventarju tkun tħejjiet b'mod li ma jkunx konsistenti mad-dokumentazzjoni ta' gwida tal-UNFCCC jew mar-regoli tal-Unjoni;

(c) 

kontrolli li jidentifikaw każijiet meta l-kontabbiltà tal-LULUCF tkun tħejjiet b'mod li ma jkunx konsistenti mad-dokumentazzjoni ta' gwida tal-UNFCCC jew mar-regoli tal-Unjoni, u

(d) 

meta jkun xieraq, kalkolu tal-korrezzjonijiet tekniċi meħtieġa li jirriżultaw, b'konsultazzjoni mal-Istati Membri.

Artikolu 38 3.
Il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 44(1), għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tiddetermina t-tempestività u l-proċedura għat-twettiq tar-rieżami komprensiv, inklużi l-kompiti stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, filwaqt li tiżgura li ssir il-konsultazzjoni dovuta mal-Istati Membri fir-rigward tal-konklużjonijiet tar-rieżamijiet.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 44(6).

Artikolu 38 4.
Malli jitlesta r-rieżami komprensiv imwettaq skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tiddetermina s-somma totali tal-emissjonijiet għas-snin rilevanti li jirriżultaw mid-data tal-inventarju kkorreġuta għal kull Stat Membru, maqsuma bejn id-data tal-emissjonijiet rilevanti għall-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2018/842 u d-data tal-emissjonijiet imsemmija fil-Parti 1, il-punt (c), tal-Anness V ta' dan ir-Regolament, u tiddetermina s-somma totali tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti rilevanti għall-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/841.
Artikolu 38 5.
Id-data għal kull Stat Membru kif irreġistrata fir-reġistri stabbiliti skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2018/841 erba' xhur wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' att ta' implimentazzjoni adottat skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, għandha tintuża għall-kontroll tal-konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/841, inkluż it-tibdil f'din id-data li jirriżulta meta dak l-Istat Membru juża l-flessibbiltajiet skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2018/841.
Artikolu 38 6.
Id-data għal kull Stat Membru kif irreġistrata fir-reġistri stabbiliti skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2018/842 xahrejn wara d-data tal-kontroll tal-konformità mar-Regolament (UE) 2018/841 imsemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, għandha tintuża għall-kontroll tal-konformità skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2018/842 għas-snin 2021 u 2026. Il-kontroll tal-konformità skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2018/842 għal kull waħda mis-snin mill-2022 sal-2025 u mill-2027 sal-2030 għandu jitwettaq fid-data li tinzerta xahar wara d-data tal-kontroll tal-konformità għas-sena preċedenti. Dan il-kontroll għandu jinkludi t-tibdil f'din id-data li jirriżulta meta dak l-Istat Membru juża l-flessibbiltajiet skont l-Artikoli 5, 6 u 7 tar-Regolament (UE) 2018/842.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.11.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1999
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.