+Artikolu 8 Rekwiżiti oġġettivi għall-konformità
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
---+Artikolu 8 3
---+Artikolu 8 4
---+Artikolu 8 5
---+Artikolu 8 6

Artikolu 8 Rekwiżiti oġġettivi għall-konformità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1

1.   Minbarra li jikkonforma ma' kwalunkwe rekwiżit soġġettiv għall-konformità il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu:

(a)

ikun adatt għall-iskop li għalih jintuża normalment kontenut diġitali jew servizzi diġitali tal-istess tip, b'kont meħud, fejn applikabbli, ta' kwalunkwe liġi tal-Unjoni u nazzjonali, standards tekniċi jew, fl-assenza ta' tali standards tekniċi, kodiċi ta' kondotta industrijali speċifiċi għas-settur;

(b)

ikun ta' kwantità u jkollu l-kwalitajiet u l-karatteristiċi ta' prestazzjoni, inkluż fir-rigward tal-funzjonalità, il-kompatibbiltà, l-aċċessibbiltà, il-kontinwità u s-sigurtà, li huwa normali għal kontenut diġitali jew servizzi diġitali tal-istess tip u li l-konsumatur jista' raġonevolment jistenna, minħabba n-natura tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, u b'kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe dikjarazzjoni pubblika magħmula mill-kummerċjant jew f'ismu, jew persuni oħra f'ħoloq preċedenti tal-katina ta' tranżazzjonijiet, partikolarment fir-reklamar jew it-tikkettar, sakemm il-kummerċjant ma jkunx jista' jipprova li:

(i)

il-kummerċjant ma kienx, u ma setax raġonevolment ikun, konxju tad-dikjarazzjoni pubblika inkwistjoni;

(ii)

sal-mument li fih ġie konkluż il-kuntratt, id-dikjarazzjoni pubblika kienet ġiet korretta bl-istess mod jew b'mod komparabbli mal-mod kif kienet saret; jew

(iii)

id-deċiżjoni li jinkiseb il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali ma setgħetx ġiet influwenzata mid-dikjarazzjoni pubblika;

(c)

fejn applikabbli, jiġi pprovdut flimkien ma' kwalunkwe aċċessorju u istruzzjoni li l-konsumatur jista' raġonevolment jistenna li jirċievi; u

(d)

jikkonforma ma' kwalunkwe verżjoni ta' prova jew wirja minn qabel tal-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali magħmul disponibbli għall-pubbliku mill-kummerċjant, qabel il-konklużjoni tal-kuntratt.

Artikolu 8 2

2.   Il-kummerċjant għandu jiżgura li l-konsumatur jiġi infurmat dwar aġġornamenti u jiġi pprovdut bihom, inklużi aġġornamenti tas-sigurtà li huma meħtieġa biex il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali jinżamm f'konformità, għall-perjodu ta’ żmien:

(a)

li matulu l-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut fil-qafas tal-kuntratt, meta l-kuntratt jipprevedi provvista kontinwa fuq perjodu ta'żmien; or

(b)

li konsumatur jista' raġonevolment jistenna, minħabba t-tip u l-iskop tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali, u b'kont meħud taċ-ċirkostanzi u n-natura tal-kuntratt, meta l-kuntratt jipprevedi att uniku ta' provvista jew sensiela ta' atti individwali ta' provvista;

Artikolu 8 3

3.   Meta l-konsumatur jonqos milli jinstalla, fi żmien raġonevoli, l-aġġornamenti pprovduti mill-kummerċjant f'konformità mal-paragrafu 2, il-kummerċjant ma għandu jkun responsabbli għal ebda nuqqas ta' konformità li jirriżulta biss min-nuqqas tal-aġġornament rilevanti, dment li:

(a)

il-kummerċjant ikun informa lill-konsumatur dwar id-disponibbiltà tal-aġġornament u l-konsegwenzi tan-nuqqas tal-konsumatur li jinstallah; u

(b)

in-nuqqas tal-konsumatur li jinstalla jew l-installazzjoni mhux korretta mill-konsumatur tal-aġġornament ma kienx minħabba nuqqasijiet fl-istruzzjonijiet tal-installazzjoni pprovduti mill-kummerċjant.

Artikolu 8 4

4.   Meta l-kuntratt jipprevedi provvista kontinwa ta' kontenut diġitali jew servizz diġitali fuq perjodu ta' żmien, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jkun f'konformità sakemm idum dak il-perjodu.

Artikolu 8 5

5.   Ma għandu jkun hemm ebda nuqqas ta' konformità fis-sens tal-paragrafu 1 jew 2, jekk, fil-mument meta ġie konkluż il-kuntratt, il-konsumatur ikun ġie infurmat b'mod speċifiku li karatteristika partikolari tal-kontenut diġitali jew tas-servizz diġitali kienet qed tiddevja mir-rekwiżiti oġġettivi tal-konformità stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 2 u l-konsumatur espressament u separatament aċċetta dik id-devjazzjoni meta jiġi konkluż il-kuntratt.

Artikolu 8 6

6.   Sakemm ma jkunx ġie miftiehem mod ieħor bejn il-partijiet, il-kontenut diġitali jew is-servizz diġitali għandu jiġi pprovdut bl-aktar verżjoni reċenti li tkun disponibbli fil-mument meta jiġi konkluż il-kuntratt.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.05.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0770
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.