|
+ANNESS 1 |
ANNESS 1
ANNESS 1 REKWIŻITI GĦALL-PJANIJIET GĦALL-AKKOLJENZA U L-ĠESTJONI TAL-ISKART Il-pjanijiet għall-akkoljenza u l-ġestjoni tal-iskart għandhom ikopru kull tip ta’ skart li joriġina mill-bastimenti li normalment iżuru l-port u għandhom jiġu żviluppati skont id-daqs tal-port u t-tipi ta’ bastimenti li jidħlu f’dak il-port. Il-pjanijiet għall-akkoljenza u l-ġestjoni tal-iskart għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:
(a)
valutazzjoni tal-ħtieġa għall-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart, fid-dawl tal-ħtiġijiet tal-bastimenti li normalment iżuru l-port;
(b)
deskrizzjoni tat-tip u l-kapaċità tal-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart;
(c)
deskrizzjoni tal-proċeduri għall-akkoljenza u l-ġbir tal-iskart mill-bastimenti;
(d)
deskrizzjoni tas-sistema ta’ rkupru tal-ispejjeż;
(e)
deskrizzjoni tal-proċedura biex jiġu rrappurtati l-inadegwatezzi allegati tal-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart;
(f)
deskrizzjoni tal-proċedura għall-konsultazzjonijiet li jkunu qed isiru mal-utenti tal-port, il-kuntratturi tal-iskart, l-operaturi tat-terminals u partijiet interessati oħra; u
(g)
ħarsa ġenerali lejn it-tip u l-kwantitajiet ta’ skart li jasal mill-bastimenti u li jiġi ġestit fil-faċilitajiet. Il-pjanijiet għall-akkoljenza u l-ġestjoni tal-iskart jistgħu jinkludu:
(a)
sommarju tal-liġi nazzjonali rilevanti u l-proċedura u l-formalitajiet għall-konsenja tal-iskart lill-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart;
(b)
identifikazzjoni ta’ punt ta’ kuntatt fil-port;
(c)
deskrizzjoni tat-tagħmir u l-proċessi ta’ qabel it-trattament għal flussi speċifiċi ta’ skart fil-port, jekk ikun hemm;
(d)
deskrizzjoni tal-metodi għad-dokumentazzjoni tal-użu attwali tal-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart;
(e)
deskrizzjoni tal-metodi għad-dokumentazzjoni tal-ammonti tal-iskart ikkonsenjat minn bastimenti;
(f)
deskrizzjoni tal-metodi tal-ġestjoni tal-flussi ta’ skart differenti fil-port. Il-proċeduri għall-akkoljenza, il-ġbir, il-ħażna, it-trattament u r-rimi għandhom jikkonformaw fl-aspetti kollha ma’ skema ta’ ġestjoni ambjentali adatta għat-tnaqqis progressiv tal-impatt ambjentali ta’ dawn l-attivitajiet. Din il-konformità hija preżunta jekk il-proċeduri jkunu konformi mar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|