|
Spejjeż diretti
Spejjeż operattivi diretti li jirriżultaw mill-konsenja reali ta’ skart minn bastimenti, inkluż l-elementi ta’ spejjeż elenkati hawn taħt.
|
Spejjeż indiretti
Spejjeż amministrattivi indiretti li jirriżultaw mill-ġestjoni tas-sistema fil-port, inkluż l-elementi ta’ spejjeż elenkati hawn taħt.
|
Dħul nett
Rikavat nett minn skemi ta’ ġestjoni tal-iskart u finanzjament reġjonali/nazzjonali disponibbli, inkluż l-elementi ta’ dħul elenkati hawn taħt.
|
— Il-provvista tal-infrastruttura għall-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart, inkluż containers, tankijiet, għodda għall-ipproċessar, braken, trakkijiet, akkoljenza tal-iskart, stallazzjonijiet tat-trattament;
— Konċessjonijiet għal twellija tas-sit, jekk applikabbli, jew għat-twellija tal-apparat meħtieġ għat-tħaddim tal-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart;
— It-tħaddim proprju tal-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart: ġbir ta’ skart mill-bastiment, trasport ta’ skart minn faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart għat-trattament aħħari, manutenzjoni u tindif tal-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart, spejjeż għall-persunal, inkluż s-sahra, il-provvista tal-elettriku, l-analiżi tal-iskart u l-assigurazzjoni;
— Tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ jew ir-rimi tal-iskart mill-bastimenti, inkluż il-ġbir separat tal-iskart;
— Amministrazzjoni: il-fatturazzjoni, il-ħruġ ta’ riċevuti tal-konsenja tal-iskart lill-bastimenti, ir-rappurtar
|
— L-iżvilupp u l-approvazzjoni tal-pjan tal-akkoljenza u l-ġestjoni tal-iskart, inkluż kwalunkwe awditjar ta’ dak il-pjan u l-implimentazzjoni tiegħu;
— L-aġġornament tal-pjan tal-akkoljenza u l-ġestjoni tal-iskart, inkluż l-ispejjeż tax-xogħol u l-ispejjeż ta’ konsulenza, fejn applikabbli;
— L-organizzazzjoni tal-proċeduri ta’ konsultazzjoni għar-(ri)evalwazzjoni tal-pjan tal-akkoljenza u l-ġestjoni tal-iskart;
— Il-ġestjoni tas-sistemi ta’ notifika u ta’ rkupru tal-ispejjeż, inkluża l-applikazzjoni ta’ tariffi mnaqqsa għal “bastimenti ekoloġikament sensittivi”, il-provvediment ta’ sistemi tal-IT fil-livell tal-port, analiżi statistika u spejjeż tax-xogħol assoċjati;
— L-organizzazzjoni ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku għall-forniment ta’ faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart, kif ukoll il-ħruġ ta-awtorizzazzjonijiet neċessarji għall-forniment ta’ faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart;
— Komunikazzjoni ta’ informazzjoni lil utenti tal-portijiet permezz tat-tqassim ta’ fuljetti, tqegħid ta’ sinjali u posters fil-port, jew il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni fuq is-sit web tal-port, u t-trażmissjoni elettronika tal-informazzjoni kif meħtieġ fl-Artikolu 5;
— Ġestjoni tal-iskemi ta’ ġestjoni tal-iskart: Skemi ta’ Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (EPR), riċiklaġġ u applikazzjoni għal fondi nazzjonali/reġjonali u l-implimentazzjoni tagħhom;
— Spejjeż amministrattivi oħra: spejjeż tal- monitoraġġ u tar-rappurtar elettroniku tal-eżenzjonijiet -previsti fl-Artikolu 9.
|
— Benefiċċji finanzjarji netti pprovduti minn skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur;
— Dħul nett ieħor mill-ġestjoni tal-iskart bħalma huma l-iskemi ta’ riċiklaġġ;
— Finanzjament taħt il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS);
— Finanzjament jew sussidji oħrajn disponibbli għall-portijiet għall-ġestjoni tal-iskart u għas-sajd.
|