+Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“plastik” tfisser materjal magħmul minn polimeru kif definit fil-punt 5 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li jaf ikollu addittivi jew sustanzi oħra miżjuda, u li jista’ jiffunzjona bħala komponent strutturali prinċipali tal-prodotti finali, bl-eċċezzjoni tal-polimeri naturali li ma ġewx modifikati kimikament;

(2) 

“prodott tal-plastik li jintuża darba biss” tfisser prodott li huwa magħmul kompletament jew parzjalment mill-plastik u li mhuwiex maħsub, iddisinjat jew imqiegħed fis-suq biex iwettaq, għat-tul tal-ħajja tiegħu, vjaġġi jew rotazzjonijiet multipli billi jiġi rritornat għand produttur biex jerġa’ jimtela jew biex jerġa’ jintuża għall-istess skop li għalih kien maħsub;

(3) 

“plastik ossodegradabbli” tfisser materjali tal-plastik li jinkludu addittivi li, permezz ta’ ossidazzjoni, iwasslu għall-frammentazzjoni tal-materjal tal-plastik f’mikroframmenti jew għal dekompożizzjoni kimika;

(4) 

“irkaptu tas-sajd” tfisser kwalunkwe oġġett jew biċċa tagħmir li jintuża fis-sajd jew fl-akkwakultura biex jimmira lejn, jaqbad jew irabbi, riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jew li jkun f’wiċċ il-baħar, u li jintuża bil-għan li jattira u jaqbad jew irabbi tali riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

(5) 

“irkaptu tas-sajd skartat” tfisser kwalunkwe rkaptu tas-sajd li huwa kopert mid-definizzjoni ta’ skart fil-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE, inklużi l-komponenti, sustanzi jew materjali separati kollha, li kienu parti minn, jew marbuta ma’, tali rkaptu tas-sajd meta ġie skartat, inkluż meta kien abbandunat jew mitluf;

(6) 

“tqegħid fis-suq” tfisser meta prodott isir disponibbli għall-ewwel darba fis-suq ta’ Stat Membru;

(7) 

“isir disponibbli fis-suq” tfisser kwalunkwe forniment ta’ prodott għal distribuzzjoni, konsum jew użu fis-suq ta’ Stat Membru tul attività kummerċjali, kemm jekk isir bi ħlas kif ukoll jekk ikun mingħajr ħlas;

(8) 

“standard armonizzat” tfisser standard armonizzat kif definit fil-punt (1)(c) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;

(9) 

“skart” tfisser skart kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE;

(10) 

“skema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur” tfisser skema ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur kif definita fil-punt 21 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE;

(11) 

“produttur” tfisser:

(a) 

kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fi Stat Membru li timmanifattura, timla, tbiegħ jew timporta professjonalment, irrispettivament mill-metodu ta’ bejgħ użat, inkluż permezz ta’ kuntratti mill-bogħod kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), u tqiegħed fis-suq ta’ dak l-Istat Membru prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss mimlija jew irkaptu tas-sajd li fih il-plastik, minbarra persuni li jwettqu attivitajiet tas-sajd kif definiti fil-punt (28) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ); jew

(b) 

kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fi Stat Membru wieħed jew f’pajjiż terz li professjonalment tbiegħ fi Stat Membru ieħor direttament lid-djar privati, jew lil utenti oħra li mhumiex djar privati, permezz ta’ kuntratti mill-bogħod kif definiti fil-punt (7) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE, prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss mimlijin jew rkaptu tas-sajd li fih il-plastik, għajr persuni li jwettqu attivitajiet tas-sajd kif definiti fil-punt (28) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(12) 

“ġbir” tfisser ġbir kif definit fil-punt 10 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE;

(13) 

“ġbir separat” tfisser ġbir separat kif definit fil-punt 11 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE;

(14) 

“trattament” tfisser trattament kif definit fil-punt 14 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE;

(15) 

“imballaġġ” tfisser imballaġġ kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 94/62/KE;

(16) 

“plastik bijodegradabbli” tfisser plastik li kapaċi jgħaddi minn dekompożizzjoni fiżika u bijoloġika, b’tali mod li fl-aħħar jiddekomponi f’diossidu tal-karbonju (CO2), bijomassa u ilma, u huwa, b’mod konformi mal-istandards Ewropej għall-imballaġġ, rekuperabbli permezz tal-ikkompostjar u d-diġestjoni anaerobika;

(17) 

“faċilitajiet tal-akkoljenza tal-portijiet” tfisser faċilitajiet tal-akkoljenza tal-port kif definiti fil-punt (e) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/59/KE;

(18) 

“prodotti tat-tabakk” tfisser prodotti tat-tabakk kif definiti fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/40/UE.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0904
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.