+Artikolu 6 Rekwiżiti tal-prodotti
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.

Artikolu 6 Rekwiżiti tal-prodotti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti C tal-Anness li jkollhom tappijiet u għotjien magħmula mill-plastik jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk it-tappijiet u l-għotjien jibqgħu mwaħħla mal-kontenituri matul l-istadju tal-użu intenzjonat tal-prodotti.
Artikolu 6 2.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu it-tappijiet jew l-għotjien tal-metall b’siġilli tal-plastik ma għandhomx jitqiesu li huma magħmula mill-plastik.
Artikolu 6 3.
Sat-3 ta’ Ottubru 2019, il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jiżviluppaw standards armonizzati fir-rigward tar-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1. Dawk l-istandards għandhom jindirizzaw b’mod partikolari l-ħtieġa li jiġu żgurati s-saħħa, l-affidabbiltà u s-sikurezza meħtieġa għall-għeluq tal-kontenituri tax-xorb, inklużi dawk għax-xorb bil-gass.
Artikolu 6 4.
Mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenzi għall-istandards armonizzati msemmijin fil-paragrafu 3 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt li l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss -imsemmija fil-paragrafu 1 li jikkonformaw ma’ dawk l-istandards jew ma’ partijiet minnhom huma konformi mar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1.
Artikolu 6 5.

Fir-rigward ta’ fliexken tax-xorb elenkati fil-Parti F tal-Anness, kull Stat Membru għandu jiżgura li:

(a) 

mill-2025, il-fliexken tax-xorb elenkati fil-Parti F tal-Anness li huma manifatturati minn polietilentereftalat bħala l-komponent ewlieni (“fliexken tal-PET”) ikun fihom tal-inqas 25 % ta’ plastik riċiklat, ikkalkulat bħala medja għal fliexken tal-PET kollha mqiegħda fis-suq fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru; u

(b) 

mill-2030, fliexken tax-xorb elenkati fil-Parti F tal-Anness ikun fihom tal-inqas 30 % ta’ plastik riċiklat, ikkalkulat bħala medja għal tali fliexken tax-xorb kollha mqiegħda fis-suq fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.

Sal-1 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw ir-regoli għall-kalkolu u l-verifika tal-miri stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0904
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.