|
+Artikolu 8 3. |
Artikolu 8 3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fit-Taqsimiet II u III tal-Parti E tal-Anness ikopru mill-inqas l-ispejjeż li ġejjin:
(a)
l-ispejjeż tal-miżuri ta’ sensibilizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 fir-rigward ta’ dawk il-prodotti;
(b)
l-ispejjeż biex jitnaddaf ir-rimi bl-addoċċ li jirriżulta minn dawk il-prodotti u t-trasport u t-trattament sussegwenti ta’ dak ir-rimi bl-addoċċ; u
(c)
l-ispejjeż tal-ġbir u r-rappurtar ta’ data skont il-punt (c) tal-Artikolu 8a(1) tad-Direttiva 2008/98/KE. Fir-rigward tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fit-Taqsima III tal-Parti E tal-Anness ma’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi, barra minn hekk, ikopru l-ispejjeż tal-ġbir ta’ skart għal dawk il-prodotti li jintremew f’sistemi ta’ ġbir pubbliċi, inklużi l-infrastruttura u l-operat tagħha, u t-trasport u t-trattament sussegwenti ta’ dak l-iskart. L-ispejjeż jistgħu jinkludu t-twaqqif ta’ infrastruttura speċifika għall-ġbir ta’ skart għal dawk il-prodotti, bħal kontenituri ta’ skart adatti f’postijiet fejn l-aktar isir rimi bl-addoċċ. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|