+Artikolu 8 Responsabbiltà estiża tal-produttur
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
---+Artikolu 8 7.
---+Artikolu 8 8.
---+Artikolu 8 9.

Artikolu 8 Responsabbiltà estiża tal-produttur

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur ikunu stabbiliti għall-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss kollha elenkati fil-Parti E tal-Anness li jitqiegħdu fis-suq tal-Istat Membru, skont l-Artikoli 8 u 8a tad-Direttiva 2008/98/KE.
Artikolu 8 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fit-Taqsima I tal-Parti E tal-Anness ta’ din id-Direttiva jkopru l-ispejjeż skont id-dispożizzjonijiet ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur fid-Direttivi 2008/98/KE u 94/62/KE u, sa fejn mhux diġà inklużi, ikopru l-ispejjeż li ġejjin:

(a) 

l-ispejjeż tal-miżuri ta’ sensibilizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 ta’ din id-Direttiva fir-rigward ta’ dawk il-prodotti;

(b) 

l-ispejjeż tal-ġbir ta’ skart għal dawk il-prodotti mormija f’sistemi ta’ ġbir pubbliċi, inklużi l-infrastruttura u l-operat tagħha, u t-trasport u t-trattament sussegwenti ta’ dak l-iskart; u

(c) 

l-ispejjeż biex jitnaddaf ir-rimi bl-addoċċ li jiriżulta minn dawk il-prodotti u t-trasport u t-trattament sussegwenti ta’ dak ir-rimi bl-addoċċ.

Artikolu 8 3.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fit-Taqsimiet II u III tal-Parti E tal-Anness ikopru mill-inqas l-ispejjeż li ġejjin:

(a) 

l-ispejjeż tal-miżuri ta’ sensibilizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 fir-rigward ta’ dawk il-prodotti;

(b) 

l-ispejjeż biex jitnaddaf ir-rimi bl-addoċċ li jirriżulta minn dawk il-prodotti u t-trasport u t-trattament sussegwenti ta’ dak ir-rimi bl-addoċċ; u

(c) 

l-ispejjeż tal-ġbir u r-rappurtar ta’ data skont il-punt (c) tal-Artikolu 8a(1) tad-Direttiva 2008/98/KE.

Fir-rigward tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fit-Taqsima III tal-Parti E tal-Anness ma’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi, barra minn hekk, ikopru l-ispejjeż tal-ġbir ta’ skart għal dawk il-prodotti li jintremew f’sistemi ta’ ġbir pubbliċi, inklużi l-infrastruttura u l-operat tagħha, u t-trasport u t-trattament sussegwenti ta’ dak l-iskart. L-ispejjeż jistgħu jinkludu t-twaqqif ta’ infrastruttura speċifika għall-ġbir ta’ skart għal dawk il-prodotti, bħal kontenituri ta’ skart adatti f’postijiet fejn l-aktar isir rimi bl-addoċċ.

Artikolu 8 4.
L-ispejjeż li għandhom jiġu koperti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 m’għandhomx jaqbżu l-ispejjeż li huma meħtieġa biex jiġu pprovduti s-servizzi msemmija fihom b’mod kosteffiċjenti u għandhom jiġu stabbiliti b’mod trasparenti bejn l-atturi kkonċernati. L-ispejjeż biex jitnaddaf ir-rimi bl-addoċċ għandhom ikunu limitati għal attivitajiet imwettqa minn awtoritajiet pubbliċi jew f’isimhom. Il-metodoloġija tal-kalkolu għandha tiġi żviluppata b’mod li tippermetti li l-ispejjeż biex jitnaddaf ir-rimi bl-addoċċ jiġu stabbiliti b’mod proporzjonat. Sabiex jitnaqqsu għall-minimu l-ispejjeż amministrattivi, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw kontribuzzjonijiet finanzjarji lejn l-ispejjeż tat-tindif tar-rimi bl-addoċċ billi jistabbilixxu ammonti fissi pluriennali.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida għall-kriterji, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, dwar l-ispejjeż biex jitnaddaf ir-rimi bl-addoċċ imsemmi fil-paragrafi 2 u 3.

Artikolu 8 5.
L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu b’mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi rilevanti involuti kollha.

Fir-rigward tal-imballaġġ, dawk ir-rwoli u r-responsabbiltajiet għandhom ikunu definiti skont id-Direttiva 94/62/KE.

Artikolu 8 6.
Kull Stat Membru għandu jippermetti lill-produtturi stabbiliti fi Stat Membru ieħor u li jqiegħdu prodotti fis-suq tiegħu biex jaħtru persuna ġuridika jew fiżika stabbilita fit-territorju tiegħu bħala rappreżentant awtorizzat sabiex jiġu sodisfatti l-obbligi ta’ produttur relatati ma’ skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur fit-territorju tiegħu.
Artikolu 8 7.
Kull Stat Membru għandu jiżgura li produttur stabbilit fit-territorju tiegħu, li jbiegħ il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti E tal-Anness u rkaptu tas-sajd li fih il-plastik fi Stat Membru ieħor li fih mhuwiex stabbilit, jaħtar rappreżentant awtorizzat f’dak l-Istat Membru l-ieħor. Ir-rappreżentant awtorizzat għandu jkun il-persuna responsabbli biex jiġu sodisfatti l-obbligi ta’ dak il-produttur, skont din id-Direttiva fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor.
Artikolu 8 8.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur ikunu stabbiliti għal irkaptu tas-sajd li fih il-plastik imqiegħed fis-suq tal-Istat Membru, skont l-Artikoli 8 u 8a tad-Direttiva 2008/98/KE.

L-Istati Membri, li għandhom ilmijiet marini kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/56/KE, għandhom jistabbilixxu rata nazzjonali minima annwali ta’ ġbir ta’ rkaptu tas-sajd skartat li fih il-plastik għar-riċiklaġġ.

L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik imqiegħed fis-suq tal-Istat Membru kif ukoll l-iskart ta’ rkaptu tas-sajd li fih il-plastik li jinġabar u għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 13(1) ta’ din id-Direttiva bil-ħsieb li jiġu stabbiliti miri kwantitattivi vinkolanti tal-Unjoni għall-ġbir.

Artikolu 8 9.
Fir-rigward tal-iskemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti skont il-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi ta’ rkaptu tas-sajd li fih il-plastik ikopru l-ispejjeż tal-ġbir separat tal-iskart ta’ rkaptu tas-sajd li fih il-plastik li twassal fil-faċilitajiet adegwati tal-akkoljenza fil-portijiet skont id-Direttiva (UE) 2019/883 jew f’sistemi ta’ ġbir ekwivalenti oħrajn li jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet u l-ispejjeż tat-trasport u t-trattament sussegwenti tiegħu. Il-produtturi għandhom ikopru wkoll l-ispejjeż tal-miżuri ta’ sensibilizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 dwar l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik.

Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu jissupplimentaw ir-rekwiżiti applikabbli għall-iskart minn bastimenti tas-sajd fil-liġi tal-Unjoni dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet.

Mingħajr preġudizzju għall-miżuri tekniċi stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 ( 5 ), il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jiżviluppaw standards armonizzati relatati mad-disinn ċirkolari ta’ rkaptu tas-sajd biex jinkoraġġixxu t-tħejjija għall-użu mill-ġdid u tiġi ffaċilitata r-riċiklabbiltà fi tmiem il-ħajja.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0904
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.