+Artikolu 13 Sistemi ta’ infomazzjoni u rappurtar
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.

Artikolu 13 Sistemi ta’ infomazzjoni u rappurtar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.

L-Istati Membri għandhom, għal kull sena kalendarja, jirrappurtaw lill-Kummissjoni dan li ġej:

(a) 

id-data fuq prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti A tal-Anness li jkunu tqiegħdu fis-suq tal-Istat Membru kull sena, sabiex jintwera t-tnaqqis fil-konsum skont l-Artikolu 4(1);

(b) 

l-informazzjoni dwar il-miżuri meħuda mill-Istat Membru għall-finijiet tal-Artikolu 4(1);

(c) 

id-data dwar il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti F tal-Anness li jkunu nġabru separatament fl-Istat Membru kull sena, sabiex jintwera li ntlaħqu l-miri tal-ġbir separat skont l-Artikolu 9(1);

(d) 

data dwar irkaptu tas-sajd li fih il-plastik imqiegħed fis-suq u dwar irkaptu tas-sajd skartat miġbur fl-Istat Membru kull sena;

(e) 

informazzjoni dwar kontenut riċiklat fi fliexken tax-xorb elenkati fil-Parti F tal-Anness biex tintwera l-kisba tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 6(5); u

(f) 

data dwar l-iskart wara l-konsum ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fit-Taqsima III tal-Parti E tal-Anness li jkun inġabar skont l-Artikolu 8(3).

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw id-data u l-informazzjoni b’mod elettroniku fi żmien 18-il xahar minn tmiem is-sena ta’ rappurtar li għaliha jkunu nġabru. Id-data u l-informazzjoni għandhom jiġu rrappurtati fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

L-ewwel perijodu ta’ rappurtar għandu jkun is-sena kalendarja 2022, bl-eċċezzjoni tal-punti (e) u (f) tal-ewwel subparagrafu li għalih l-ewwel perijodu ta’ rappurtar għandu jkun l-2023.

Artikolu 13 2.
Id-data u l-informazzjoni rrappurtati mill-Istati Membri skont dan l-Artikolu għandhom ikunu akkumpanjati b’rapport ta’ verifika tal-kwalità. Id-data u l-informazzjoni għandhom jiġu rrappurtati fil-format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4.
Artikolu 13 3.
Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina d-data u l-informazzjoni rappurtati skont dan l-Artikolu u tippubblika rapport dwar ir-riżultati tar-rieżami tagħha. Ir-rapport għandu jivvaluta l-organizzazzjoni tal-ġbir tad-data u l-informazzjoni, is-sorsi tad-data u l-informazzjoni u l-metodoloġija użata fl-Istati Membri, kif ukoll il-kompletezza, l-affidabbiltà, il-puntwalità u l-konsistenza ta' dik id-data u dik l-informazzjoni. Il-valutazzjoni tista' tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għat-titjib. Ir-rapport għandu jitfassal wara l-ewwel rappurtar tad-data u informazzjoni mill-Istati Membri u kull 4 snin wara dan.
Artikolu 13 4.
Sat-3 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw il-format għar-rappurtar tad-data u l-informazzjoni skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 u l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Sat-3 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw il-format għar-rappurtar tad-data skont il-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1 u l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Sal-1 ta’ Jannar 2022, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw il-format għar-rappurtar tad-data u l-informazzjoni skont il-punti (e) u (f) tal-paragrafu 1 u l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2). Il-format żviluppat skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 94/62/KE għandu jiġi kkunsidrat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0904
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.