+ANNESS

ANNESS




ANNESS

PARTI A

Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma koperti mill-Artikolu 4 dwar it-tnaqqis tal-konsum

(1) Tazez għax-xorb, inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom

(2) Kontenituri tal-ikel, jiġifieri reċipjenti bħal kaxex, b’għatu jew mingħajr, użati biex jitpoġġa l-ikel fihom li

(a) 

jkun maħsub għal konsum immedjat, jew fuq il-post jew bħala ‘take-away’,

(b) 

tipikament jiġi kkunsmat mill-kontenitur, u

(c) 

jkun lest biex jiġi kkunsmat mingħajr l-ebda tħejjija oħra, bħal tisjir, togħlija jew tisħin,

inklużi kontenituri tal-ikel użati għal ikel ta’ malajr (fast food) jew ikliet oħra lesti għal konsum immedjat, minbarra kontenituri tax-xorb, platti, pakketti u tgeżwir li fihom l-ikel.

PARTI B

Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma koperti mill-Artikolu 5 dwar restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq

(1) Stikek tal-cotton buds, ħlief jekk dawn jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE ( 6 ) jew id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE ( 7 );

(2) Pożati (frieket, skieken, imgħaref, chopsticks);

(3) Platti;

(4) Straws, ħlief jekk dawn jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 90/385/KEE jew id-Direttiva 93/42/KEE;

(5) Ħawwada tax-xorb;

(6) Stikek li jitwaħħlu mal-bżieżaq u li jżommuhom, ħlief il-bżieżaq għall-użi u għall-applikazzjonijiet industrijali jew professjonali oħrajn li mhumiex distribwiti lill-konsumaturi, inklużi l-mekkaniżmi tat-tali stikek;

(7) Kontenituri tal-ikel magħmula minn polistiren espandut, jiġifieri reċipjenti bħal kaxex, b’għatu jew mingħajr, użati biex ikollhom kontenut ta’ ikel fihom li:

(a) 

jkun maħsub għal konsum immedjat jew fuq il-post jew bħala ‘take-away’,

(b) 

tipikament jiġi kkunsmat mill-kontenitur, u

(c) 

huwa lest biex jiġi kkunsmat mingħajr l-ebda tħejjija oħra, bħal tisjir, togħlija jew tisħin,

inklużi kontenituri tal-ikel użati għal ikel ta’ malajr (fast food) jew ikliet oħra lesti għal konsum immedjat, minbarra kontenituri tax-xorb, platti u pakketti u tgeżwir li fihom l-ikel;

(8) Kontenituri tax-xorb magħmula minn polistiren espandut, inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom;

(9) Tazez għax-xorb magħmula minn polistiren espandut, inklużi l-għotjien tagħhom.

PARTI C

Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma koperti mill-Artikolu 6(1) sa (4) dwar rekwiżiti tal-prodotti

Kontenituri tax-xorb b’kapaċità sa tliet litri, jiġifieri ir-reċipjenti użati biex ikollhom kontenut ta’ likwidu fihom, bħal fliexken tax-xorb inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom u l-imballaġġ imħallat, inklużi t-tappijiet u l-għotjien tiegħu, ta’ xorb, iżda mhux:

(a) 

kontenituri tax-xorb tal-ħġieġ jew tal-metall li jkollhom it-tappijiet u l-għotjien magħmula mill-plastik,

(b) 

kontenituri tax-xorb maħsuba u użati għal ikel għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fil-punt (g) tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ) li jkun f’forma likwida.

PARTI D

Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma koperti mill-Artikolu 7 dwar ir-rekwiżiti tal-immarkar

(1) Assorbenti sanitarji (pads), tampuni u applikaturi tat-tampuni;

(2) ‘Wet wipes’, jiġifieri ‘wipes’ imxarrbin minn qabel tal-kura personali u għal użu domestiku;

(3) Prodotti tat-tabakk bil-filtri u filtri mqiegħda fis-suq għal użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk;

(4) Tazez għax-xorb.

PARTI E

I.    Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma koperti mill-Artikolu 8(2) dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur

(1) Kontenituri tal-ikel, jiġifieri reċipjenti bħal kaxex, b’għatu jew mingħajr, użati biex ikollhom kontenut ta’ ikel fihom li

(a) 

jkun maħsub għal konsum immedjat jew fuq il-post jew bħala ‘take-away’,

(b) 

tipikament jiġi kkunsmat mill-kontenitur, u

(c) 

jkun lest biex jiġi kkunsmat mingħajr l-ebda tħejjija oħra, bħal tisjir, togħlija jew tisħin,

inklużi kontenituri tal-ikel użati għal fast food jew ikliet oħra lesti għal konsum immedjat, minbarra kontenituri tax-xorb, platti u pakketti u tgeżwir li fihom l-ikel;

(2) Pakketti u tgeżwir magħmula minn materjal flessibbli li fihom jitqiegħed ikel li huwa maħsub għall-konsum immedjat mill-pakkett jew mit-tgeżwir individwali mingħajr l-ebda tħejjija oħra;

(3) Kontenituri tax-xorb b’kapaċità sa tliet litri, jiġifieri r-reċipjenti użati biex ikun fihom likwidu bħal fliexken tax-xorb inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom u l-imballaġġ ta’ xorb imħallat inkluż it-tappijiet u l-għotjien tiegħu, iżda mhux kontenituri tax-xorb tal-ħġieġ jew tal-metall li jkollhom it-tappijiet u l-għotjien magħmula mill-plastik;

(4) Tazez għax-xorb, inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom;

(5) Basktijiet tal-plastik ħfief ħafna kif definiti fil-punt 1c tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 94/62/KE.

II.    Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma koperti mill-Artikolu 8(3) dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur

(1) ‘Wet wipes’, jiġifieri ‘wipes’ imxarrbin minn qabel tal-kura personali u għal użu domestiku;

(2) Bżieżaq, ħlief il-bżieżaq għall-użi u għall-applikazzjonijiet industrijali jew professjonali oħrajn, li mhumiex distribwiti lill-konsumaturi.

III.    Prodotti tal-plastik oħrajn li jintużaw darba biss li huma koperti mill-Artikolu 8(3) dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur

Prodotti tat-tabakk bil-filtri u filtri mqiegħda fis-suq għal użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk

PARTI F

Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma koperti mill-Artikolu 9 dwar il-ġbir separat u mill-Artikolu 6(5) dwar rekwiżiti tal-prodotti

Fliexken tax-xorb b’kapaċità sa tliet litri, inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom, iżda mhux:

(a) 

fliexken tax-xorb tal-ħġieġ jew tal-metall li jkollhom it-tappijiet u l-għotjien magħmula mill-plastik;

(b) 

fliexken tax-xorb maħsuba u użati għal ikel għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fil-punt (g) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 li jkun f’forma likwida.

PARTI G

Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma koperti mill-Artikolu 10 dwar miżuri ta’ sensibilizzazzjoni

(1) Kontenituri tal-ikel, jiġifieri reċipjenti bħal kaxex, b’għatu jew mingħajr, użati biex ikollhom kontenut ta’ ikel fihom li:

(a) 

jkun maħsub għal konsum immedjat jew fuq il-post jew bħala ‘take-away’,

(b) 

tipikament jiġi kkunsmat mill-kontenitur, u

(c) 

jkun lest biex jiġi kkunsmat mingħajr l-ebda tħejjija oħra, bħal tisjir, togħlija jew tisħin,

inklużi kontenituri tal-ikel użati għal ikel ta’ malajr jew ikliet oħra lesti għal konsum immedjat, minbarra kontenituri tax-xorb, platti, pakketti u tgeżwir li fihom l-ikel;

(2) Pakketti u tgeżwir magħmula minn materjal flessibbli li fihom jitqiegħed ikel li huwa maħsub għall-konsum immedjat mill-pakkett jew mit-tgeżwir individwali mingħajr l-ebda tħejjija oħra;

(3) Kontenituri tax-xorb b’kapaċità sa tliet litri, jiġifieri r-reċipjenti użati biex ikun fihom likwidu bħal fliexken tax-xorb inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom u l-imballaġġ ta’ xorb imħallat inkluż it-tappijiet u l-għotjien tiegħu, iżda mhux kontenituri tax-xorb tal-ħġieġ jew tal-metall li jkollhom it-tappijiet u l-għotjien magħmula mill-plastik;

(4) Tazez għax-xorb, inklużi l-għotjien tagħhom;

(5) Prodotti tat-tabakk bil-filtri u filtri mqiegħda fis-suq għal użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk;

(6) ‘Wet wipes’, jiġifieri ‘wipes’ imxarrbin minn qabel tal-kura personali u għal użu domestiku;

(7) Bżieżaq, ħlief il-bżieżaq għall-użi u għall-applikazzjonijiet industrijali jew professjonali oħrajn, li mhumiex distribwiti lill-konsumaturi;

(8) Basktijiet tal-plastik ħfief ħafna kif definiti fil-punt 1c tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 94/62/KE;

(9) Assorbenti sanitarji (pads), tampuni u applikaturi tat-tampuni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0904
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.