+Artikolu 6a Ftehimiet ta’ konnessjoni flessibbli
---+Artikolu 6a 1.
---+Artikolu 6a 2.
|
Artikolu 6a Ftehimiet ta’ konnessjoni flessibbli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6a 1.
|
L-awtorità regolatorja jew awtorità kompetenti oħra meta Stat Membru jkun ippreveda dan għandha tiżviluppa qafas għall-operaturi ta’ sistema ta’ trażmissjoni u għall-operaturi ta’ sistema ta’ distribuzzjoni biex toffri l-possibbiltà li jiġu stabbiliti ftehimiet ta’ konnessjoni flessibbli f’żoni fejn il-kapaċità tan-network disponibbli għal konnessjonijiet ġodda tkun limitata jew ma teżistix kif ippubblikat f’konformità mal-Artikolu 31(3) ta’ din id-Direttiva u l-Artikolu 50(4a), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2019/943. Dak il-qafas għandu jiżgura li:
(a)
bħala regola ġenerali, il-konnessjonijiet flessibbli ma jdewmux it-tisħiħ tan-network fiż-żoni identifikati;
(b)
tiġi żgurata konverżjoni minn ftehimiet ta’ konnessjoni flessibbli għal ftehimiet ta’ konnessjoni rigorużi ladarba n-network jiġi żviluppat abbażi ta’ kriterji stabbiliti; u
(c)
għal żoni fejn l-awtorità regolatorja jew awtorità kompetenti oħra fejn Stat Membru jkun ippreveda dan, tqis li l-iżvilupp tan-network ma jkunx l-aktar soluzzjoni effiċjenti, tippermetti, fejn rilevanti, ftehimiet ta’ konnessjoni flessibbli bħala soluzzjoni permanenti, inkluż għall-ħżin tal-enerġija.
|
|
Artikolu 6a 2.
|
Il-qafas imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jiżgura li l-ftehimiet ta’ konnessjoni flessibbli jispeċifikaw mill-inqas dan li ġej:
(a)
l-injezzjoni u l-irtirar rigorużi massimi tal-elettriku minn u lejn il-grilja, kif ukoll il-kapaċità addizzjonali ta’ injezzjoni u rtirar flessibbli li tista’ tiġi konnessa u differenzjata skont il-blokok ta’ żmien matul is-sena;
(b)
it-tariffi tan-network applikabbli kemm għall-kapaċitajiet ta’ injezzjoni u rtirar rigorużi kif ukoll għal dawk flessibbli;
(c)
it-tul ta’ żmien maqbul tal-ftehim ta’ konnessjoni flessibbli u d-data mistennija biex tingħata l-konnessjoni mal-kapaċità rigoruża kollha mitluba.
L-utent tas-sistema li jaqbad permezz ta’ konnessjoni flessibbli tal-grilja għandu jintalab jinstalla sistema ta’ kontroll tal-enerġija li tkun iċċertifikata minn ċertifikatur awtorizzat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|