+Artikolu 8 Proċedura ta' awtorizzazzjoni għal kapaċità ġdida
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
|
Artikolu 8 Proċedura ta' awtorizzazzjoni għal kapaċità ġdida
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
Għall-bini ta' kapaċità ġdida ta' ġenerazzjoni, l-Istati Membri għandhom jadottaw proċedura ta' awtorizzazzjoni, li għandha titwettaq konformement ma' kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji.
|
|
Artikolu 8 2.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kriterji għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għall-bini ta' kapaċità ta' ġenerazzjoni fit-territorju tagħhom. Sabiex jiddeterminaw kriterji xierqa, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw:
(a)
is-sigurtà u s-sikurezza tas-sistema tal-elettriku, installazzjonijiet u tagħmir assoċjat;
(b)
il-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza pubblika;
(c)
il-protezzjoni tal-ambjent;
(d)
l-użu tal-art u l-għażla tal-post;
(f)
l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija;
(g)
in-natura tas-sorsi primarji;
(h)
karatteristiċi partikolari għall-applikant, bħal kapaċitajiet tekniċi, ekonomiċi u finanzjarji;
(i)
konformità mal-miżuri adottati skont l-Artikolu 9;
(j)
il-kontribuzzjoni tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni biex tintlaħaq il-mira ġenerali tal-Unjoni ta' sehem ta' mill-anqas 32 % tal-enerġija tal-Unjoni minn sorsi rinnovabbli fil-konsum gross finali tal-enerġija fl-2030 imsemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
5
);
(k)
il-kontribuzzjoni tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet; u
(l)
l-alternattivi għall-bini ta' kapaċità ta' ġenerazzjoni ġdida, bħalma huma s-soluzzjonijiet ta' rispons tad-domanda u l-ħżin tal-enerġija.
|
|
Artikolu 8 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu proċeduri ta' awtorizzazzjoni speċifiċi, simplifikati u razzjonalizzati għal ġenerazzjoni żgħira deċentralizzata u/jew distribwita, li jieħdu kont tad-daqs limitat u l-impatt potenzjali tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu linji gwida għal dik il-proċedura speċifika ta' awtorizzazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji jew awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra inklużi l-awtoritajiet ta' ppjanar għandhom jirrevedu dawk il-linji gwida u jistgħu jirrakkomandaw emendi għalihom. Fejn Stati Membri stabbilixxew proċeduri partikolari ta' permess ta' użu ta' art li japplikaw għal proġetti ġodda maġġuri ta' infrastruttura fil-kapaċità tal-ġenerazzjoni, l-Istati Membri għandhom, fejn hu xieraq, jinkludu l-kostruzzjoni ta' kapaċità ta' ġenerazzjoni ġdida fil-firxa ta' applikabbiltà ta' dawk il-proċeduri u għandhom jimplimentawhom f'mod nondiskriminatorju u f'qafas ta' żmien xieraq.
|
|
Artikolu 8 4.
|
Il-proċeduri u l-kriterji tal-awtorizzazzjoni għandhom jiġu ppubblikati. L-applikanti għandhom ikunu informati dwar ir-raġunijiet għal kwalunkwe rifjut li tingħata awtorizzazzjoni. Ir-raġunijiet għandhom ikunu oġġettivi, non-diskriminatorji, raġunati u sostanzjati kif suppost. Proċeduri ta' appell għandhom ikunu disponibbli għall-applikanti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|