|
+Artikolu 10 3. |
Artikolu 10 3.Il-klijenti finali għandhom id-dritt ta' kuntratt mal-fornitur tagħhom li jispeċifika:
(a)
l-identità u l-indirizz tal-fornitur;
(b)
is-servizzi provduti, il-livell tal-kwalità tas-servizzi offruti kif ukoll iż-żmien għall-ewwel konnessjoni;
(c)
it-tipi ta' servizzi ta' manutenzjoni offruti;
(d)
il-mezzi kif tista' tinkiseb informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi, il-ħlasijiet għall-manutenzjoni applikabbli u l-prodotti jew is-servizzi magħquda kollha;
(e)
it-tul tal-kuntratt, il-kondizzjonijiet għat-tiġdid u t-terminazzjoni tal-kuntratt u tas-servizzi, inklużi l-prodotti jew is-servizzi li huma magħquda ma' dawk is-servizzi, u jekk hijiex permessa t-terminazzjoni mingħajr ħlas tal-kuntratt;
(f)
kwalunkwe kumpens u arranġamenti ta' rifużjoni li japplikaw jekk il-livelli tal-kwalità tas-servizz kuntrattat ma jintlaħqux, inklużi kontijiet mhux korretti jew li jdumu ma jinħarġu;
(g)
il-metodu biex tinbeda proċedura għar-riżoluzzjoni ta' tilwima f'konformità mal-Artikolu 26;
(h)
informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur, inkluż informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-ilmenti u l-informazzjoni kollha msemmija f'dan il-paragrafu, li hija kkomunikata b'mod ċar fuq il-kont jew fuq is-sit web tal-impriża tal-elettriku, Il-kondizzjonijiet għandhom ikunu imparzjali u magħrufa sew minn qabel. Fi kwalunkwe każ, din l-informazzjoni għandha tingħata qabel il-konklużjoni jew il-konferma tal-kuntratt. Fejn xi kuntratti jkunu konklużi permezz ta' intermedjarji, l-informazzjoni relatata mal-kwistjonijiet msemmija f'dan il-paragrafu għandha wkoll tkun provduta qabel il-konklużjoni tal-kuntratt. Klijenti finali għandhom jiġu pprovduti b'sommarju tal-kondizzjonijiet kuntrattwali prinċipali b'mod prominenti u b'lingwaġġ konċiż u sempliċi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|