|
+Artikolu 15a 4. |
Artikolu 15a 4.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti attivi li jipparteċipaw fil-kondiviżjoni tal-enerġija:
(a)
ikunu intitolati li jkollhom l-elettriku kondiviż injettat fil-grilja mnaqqas mill-konsum totali mkejjel tagħhom f’intervall ta’ żmien li ma jkunx itwal mill-perjodu ta’ saldu tal-iżbilanċ u mingħajr preġudizzju għat-taxxi mhux diskriminatorji, l-imposti u t-tariffi tan-network li jirriflettu l-kostijiet applikabbli;
(b)
jibbenefikaw mid-drittijiet u l-obbligi kollha tal-konsumatur bħala klijenti finali skont din id-Direttiva;
(c)
ma jkunux meħtieġa jikkonformaw mal-obbligi tal-fornitur s fejn l-enerġijarinnovabbli tiġi kondiviża bejn unitajiet domestiċi b’kapaċità installata sa massimu ta’ 10,8 kW għal unitajiet domestiċi individwali u sa massimu ta’ 50 kW għal blokok b’aktar minn appartament wieħed;
(d)
ikollhom aċċess għal kuntratti mudell volontarji b’termini u kundizzjonijiet ġusti u trasparenti u ftehimiet dwar il-kondiviżjoni tal-enerġija;
(e)
f’każ ta’ kunflitt li jirriżulta minn ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-enerġija, ikollhom aċċess għal soluzzjoni alternattiva għat-tilwim ma’ parteċipanti oħra fil-ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-enerġija f’konformità mal-Artikolu 26;
(f)
ma jkunux soġġetti għal trattament inġust u diskriminatorju mill-parteċipanti fis-suq jew mill-partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar tagħhom;
(g)
jiġu informati bil-possibbiltà ta’ bidliet fiż-żoni tal-offerti f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/943 u bil-fatt li d-dritt għall-kondiviżjoni tal-enerġija jkun ristrett f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;
(h)
jinnotifikaw l-arranġamenti dwar il-kondiviżjoni tal-enerġija lill-operaturi tas-sistema u lill-parteċipanti fis-suq rilevanti, inkluż il-fornituri rilevanti direttament jew inkella permezz ta’ organizzatur tal-kondiviżjoni tal-enerġija. L-Istati Membri jistgħu jadattaw il-limiti msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), f’konformità ma’ dan li ġej:
(a)
fil-każ ta’ unitajiet domestiċi individwali, il-limitu jista’ jiżdied sa massimu ta’ 30 kW;
(b)
fil-każ ta’ blokok b’aktar minn appartament wieħed, il-limitu jista’ jiżdied sa 100 kW jew, fil-każ ta’ ċirkostanzi speċifiċi debitament ġustifikati minħabba daqs medju mnaqqas ta’ blokok ta’ appartamenti multipli, jitnaqqas sa minimu ta’ 40 kW. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|