+Artikolu 15a Id-dritt għall-kondiviżjoni tal-enerġija
---+Artikolu 15a 1.
---+Artikolu 15a 2.
---+Artikolu 15a 3.
---+Artikolu 15a 4.
---+Artikolu 15a 5.
---+Artikolu 15a 6.
---+Artikolu 15a 7.
---+Artikolu 15a 8.
---+Artikolu 15a 9.
---+Artikolu 15a 10.
---+Artikolu 15a 11.
|
Artikolu 15a Id-dritt għall-kondiviżjoni tal-enerġija
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15a 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-unitajiet domestiċi kollha, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, il-korpi pubbliċi u, meta Stat Membru jkun iddeċieda hekk, kategoriji oħra ta’ klijenti finali jkollhom id-dritt li jipparteċipaw fil-kondiviżjoni tal-enerġija bħala klijenti attivi b’mod mhux diskriminatorju, fl-istess żona tal-offerti jew żona ġeografika aktar limitata, kif iddeterminat minn dak l-Istat Membru.
|
|
Artikolu 15a 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti attivi jkunu intitolati li jikkondividu l-enerġija rinnovabbli bejniethom abbażi ta’ ftehimiet privati jew permezz ta’ entità ġuridika. Il-parteċipazzjoni fil-kondiviżjoni tal-enerġija ma għandhiex tikkostitwixxi l-attività kummerċjali jew professjonali primarja tal-klijenti attivi.
|
|
Artikolu 15a 3.
|
Il-klijenti attivi jistgħu jaħtru parti terza bħala organizzatur tal-kondiviżjoni tal-enerġija għall-finijiet ta’:
(a)
il-komunikazzjoni dwar l-arranġamenti tal-kondiviżjoni tal-enerġija ma’ entitajiet rilevanti oħra, bħal fornituri u operaturi tan-network, inkluż dwar l-aspetti relatati mat-tariffi, it-taxxi jew l-imposti applikabbli;
(b)
l-għoti ta’ appoġġ għall-ġestjoni u l-ibbilanċjar tat-tagħbijiet flessibbli ta’ wara l-arloġġ, il-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli distribwita u l-faċilitajiet tal-ħżin li jagħmlu parti mill-arranġament tal-kondiviżjoni tal-enerġija rilevanti;
(c)
l-ikkuntrattar u l-fatturazzjoni ta’ klijenti attivi li jipparteċipaw fil-kondiviżjoni tal-enerġija;
(d)
l-installazzjoni u t-tħaddim, inkluż il-kejl u l-manutenzjoni, tal-faċilità ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli jew tal-faċilità tal-ħżin.
L-organizzatur tal-kondiviżjoni tal-enerġija jew parti terza oħra jistgħu jkunu s-sidien jew jimmaniġġaw faċilità ta’ ħżin jew ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli sa massimu ta’ 6 MW, mingħajr ma jitqiesu bħala klijenti attivi, ħlief meta jkun wieħed mill-klijenti attivi li jipparteċipa fil-proġett tal-kondiviżjoni tal-enerġija. L-organizzatur tal-kondiviżjoni tal-enerġija għandu jipprovdi servizzi mhux diskriminatorji u prezzijiet, tariffi u termini trasparenti tas-servizzi. Fir-rigward tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta’ dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 10, 12 u 18. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-qafas regolatorju għall-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 15a 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti attivi li jipparteċipaw fil-kondiviżjoni tal-enerġija:
(a)
ikunu intitolati li jkollhom l-elettriku kondiviż injettat fil-grilja mnaqqas mill-konsum totali mkejjel tagħhom f’intervall ta’ żmien li ma jkunx itwal mill-perjodu ta’ saldu tal-iżbilanċ u mingħajr preġudizzju għat-taxxi mhux diskriminatorji, l-imposti u t-tariffi tan-network li jirriflettu l-kostijiet applikabbli;
(b)
jibbenefikaw mid-drittijiet u l-obbligi kollha tal-konsumatur bħala klijenti finali skont din id-Direttiva;
(c)
ma jkunux meħtieġa jikkonformaw mal-obbligi tal-fornitur s fejn l-enerġijarinnovabbli tiġi kondiviża bejn unitajiet domestiċi b’kapaċità installata sa massimu ta’ 10,8 kW għal unitajiet domestiċi individwali u sa massimu ta’ 50 kW għal blokok b’aktar minn appartament wieħed;
(d)
ikollhom aċċess għal kuntratti mudell volontarji b’termini u kundizzjonijiet ġusti u trasparenti u ftehimiet dwar il-kondiviżjoni tal-enerġija;
(e)
f’każ ta’ kunflitt li jirriżulta minn ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-enerġija, ikollhom aċċess għal soluzzjoni alternattiva għat-tilwim ma’ parteċipanti oħra fil-ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-enerġija f’konformità mal-Artikolu 26;
(f)
ma jkunux soġġetti għal trattament inġust u diskriminatorju mill-parteċipanti fis-suq jew mill-partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar tagħhom;
(g)
jiġu informati bil-possibbiltà ta’ bidliet fiż-żoni tal-offerti f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/943 u bil-fatt li d-dritt għall-kondiviżjoni tal-enerġija jkun ristrett f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;
(h)
jinnotifikaw l-arranġamenti dwar il-kondiviżjoni tal-enerġija lill-operaturi tas-sistema u lill-parteċipanti fis-suq rilevanti, inkluż il-fornituri rilevanti direttament jew inkella permezz ta’ organizzatur tal-kondiviżjoni tal-enerġija.
L-Istati Membri jistgħu jadattaw il-limiti msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), f’konformità ma’ dan li ġej:
(a)
fil-każ ta’ unitajiet domestiċi individwali, il-limitu jista’ jiżdied sa massimu ta’ 30 kW;
(b)
fil-każ ta’ blokok b’aktar minn appartament wieħed, il-limitu jista’ jiżdied sa 100 kW jew, fil-każ ta’ ċirkostanzi speċifiċi debitament ġustifikati minħabba daqs medju mnaqqas ta’ blokok ta’ appartamenti multipli, jitnaqqas sa minimu ta’ 40 kW.
|
|
Artikolu 15a 5.
|
Meta kategoriji oħra ta’ klijenti finali li jipparteċipaw fi skemi ta’ kondiviżjoni tal-enerġija jkunu akbar minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:
(a)
id-daqs tal-kapaċità installata tal-faċilità ta’ ġenerazzjoni assoċjata mal-iskema ta’ kondiviżjoni tal-enerġija għandu jkun massimu ta’ 6 MW;
(b)
il-kondiviżjoni tal-enerġija sseħħ f’żona ġeografika lokali jew limitata, kif definit mill-Istat Membru kkonċernat.
|
|
Artikolu 15a 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi rilevanti ta’ sistema ta’ trażmissjoni jew l-operaturi rilevanti ta’ sistema ta’ distribuzzjoni jew korpi deżinjati oħrajn:
(a)
jimmonitorjaw, jiġbru, jivvalidaw u jikkomunikaw data dwar il-kejl relatata mal-elettriku kondiviż mal-klijenti finali u mal-parteċipanti fis-suq rilevanti mill-inqas kull xahar, u f’konformità mal-Artikolu 23, u għal dak l-għan, jistabbilixxu sistemi tal-IT xierqa;
(b)
jipprovdu punt ta’ kuntatt rilevanti biex:
(i)
jirreġistraw l-arranġamenti dwar il-kondiviżjoni tal-enerġija;
(ii)
jagħmlu disponibbli informazzjoni prattika għall-kondiviżjoni tal-enerġija;
(iii)
jirċievu informazzjoni dwar il-punti ta’ kejl rilevanti, bidliet fil-post u fil-parteċipazzjoni; u
(iv)
fejn applikabbli, jivvalidaw il-metodi ta’ kalkolu b’mod ċar, trasparenti u f’waqtu.
|
|
Artikolu 15a 7.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa u mhux diskriminatorji biex jiżguraw li l-klijenti vulnerabbli u l-klijenti milqutin mill-faqar enerġetiku jkunu jistgħu jaċċessaw skemi ta’ kondiviżjoni tal-enerġija. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu miżuri ta’ appoġġ finanzjarju jew kwota ta’ allokazzjoni tal-produzzjoni.
|
|
Artikolu 15a 8.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proġetti ta’ kondiviżjoni tal-enerġija li jkunu proprjetà tal-awtoritajiet pubbliċi jagħmlu l-elettriku kondiviż aċċessibbli għall-klijenti jew ċittadini vulnerabbli jew milqutin mill-faqar enerġetiku. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-almu tagħhom sabiex l-ammont ta’ dik l-enerġija aċċessibbli bħala medja jkun mill-inqas 10 % tal-enerġija kondiviża.
|
|
Artikolu 15a 9.
|
L-Istati Membri jistgħu jippromwovu l-introduzzjoni ta’ sistemi plug-in solari żgħar b’kapaċità massima sa 800 W fil-bini u fuqu.
|
|
Artikolu 15a 10.
|
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida lill-Istati Membri mingħajr ma żżid il-piż amministrattiv sabiex tiffaċilita l-istabbiliment ta’ approċċ standardizzat fir-rigward tal-kondiviżjoni tal-enerġija u jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u l-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin.
|
|
Artikolu 15a 11.
|
Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-klijenti li jagħżlu l-fornitur tagħhom f’konformità mal-Artikolu 4 u mar-regoli nazzjonali applikabbli dwar l-awtorizzazzjoni tal-fornituri.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|