|
+Artikolu 16 1. |
Artikolu 16 1.L-Istati Membri għandhom jipprovdu qafas regolatorju abilitanti għall-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin, biex b'hekk jiżguraw li:
(a)
il-parteċipazzjoni f'komunità tal-enerġija taċ-ċittadin tkun miftuħa u volontarja;
(b)
il-membri jew l-azzjonisti ta' komunità tal-enerġija taċ-ċittadin jitħallew jitilqu mill-komunità, f'liema każ japplika l-Artikolu 12;
(c)
il-membri jew l-azzjonisti ta' komunità tal-enerġija taċ-ċittadin ma jitilfux id-drittijiet u l-obbligi tagħhom bħala klijenti domestiċi jew klijenti attivi;
(d)
soġġett għal kumpens ġust kif ivvalutat mill-awtorità regolatorja, l-operaturi rilevanti tas-sistema tad-distribuzzjoni jikkooperaw mal-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin biex jiġu ffaċilitati t-trasferimenti tal-elettriku fil-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin;
(e)
il-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin huma soġġetti għal proċeduri u tariffi nondiskriminatorji, proporzjonati, ġusti u trasparenti, inkluż firrigward tar-reġistrazzjoni u l-liċenzjar, kif ukoll tariffi tan-netwerk trasparenti, nondiskriminatorji u li jirriflettu l-ispiża f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2019/943 u b'hekk jiżguraw li jikkontribwixxu b'mod adegwat u bbilanċjat għall-qsim tal-ispejjeż globali tas-sistema. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|