+Artikolu 17 Rispons għad-domanda permezz tal-aggregazzjoni
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 17 5.
|
Artikolu 17 Rispons għad-domanda permezz tal-aggregazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1.
|
L-Istati Membri għandhom jippermettu u jrawmu l-parteċipazzjoni tar-rispons għad-domanda permezz tal-aggregazzjoni. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-klijenti finali, fosthom dawk li joffru r-rispons tad-domanda permezz tal-aggregazzjoni, li jieħdu sehem flimkien mal-produtturi b'mod mhux diskriminatorju fis-swieq tal-elettrikukollha.
|
|
Artikolu 17 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni, huma u jiksbu servizzi anċillari, jittrattaw lill-parteċipanti tas-suq involuti fl-aggregazzjoni tar-rispons għad-domanda, b'mod mhux diskriminatorju flimkien mal-produtturi abbażi tal-kapaċitajiet tekniċi tagħhom.
|
|
Artikolu 17 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas regolatorju rilevanti tagħhomikun fih tal-anqas l-elementi li ġejjin:
(a)
id-dritt għal kull parteċipant tas-suq involut fl-aggregazzjoni, inkluż l-aggregaturi indipendenti, biex jidħol fis-swieq tal-elettriku mingħajr il-kunsens tal-parteċipanti l-oħra tas-suq;
(b)
regoli trasparenti u mhux diskriminatorji li jassenjaw b'mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet lill-intrapriżi u lill-klijenti tal-elettriku kollha;
(c)
regoli u proċeduri nondiskriminatorji u trasparenti għall-iskambju tad-data bejn il-parteċipanti tas-suq involuti fl-aggregazzjoni u intrapriżi tal-elettriku oħrajn li jiżguraw aċċess faċli għad-data f'termini ugwali u mhux diskriminatorji filwaqt li jipproteġu kompletament informazzjoni sensittiva kummerċjali u d-data personali tal-klijenti;
(d)
obbligu fuq il-parteċipanti tas-suq impenjati fl-aggregazzjoni li jkunu finanzjarjament responsabbli għall-iżbilanċi li joħolqu fis-sistema tal-elettriku; sa dan il-punt huma għandhom ikunu partijiet responsabbli għall-bilanċ jew għandhom jiddelegaw ir-responsabbiltà għall-ibbilanċjar tagħhom skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2019/943;
(e)
dispożizzjoni għall-klijenti finali li għandhom kuntratt ma' aggregaturi indipendenti li ma għandhomx ikunu soġġetti għal ħlasijiet, penali indebiti, jew xi restrizzjonijiet kuntrattwali indebita oħra mill-fornituri tagħhom;
(f)
mekkaniżmu għar-riżoluzzjoni ta' tilwim bejn il-parteċipanti tas-suq involuti fl-aggregazzjoni u parteċipanti tas-suq oħrajn, inkluża r-responsabbiltà għal żbilanċi.
|
|
Artikolu 17 4.
|
L-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-impriżi tal-elettriku jew il-klijenti finali parteċipanti jħallsu kumpens finanzjarju lil parteċipanti oħra fis-suq jew lill-partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar tal-parteċipanti fis-suq, jekk dawk il-parteċipanti fis-suq jew partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar huma direttament affettwati mill-attivazzjoni tar-rispons tad-domanda. Tali kumpens finanzjarju ma għandux joħolq ostakolu għad-dħul fis-suq għall-parteċipanti tas-suq involuti fl-aggregazzjoni jew ostaklu għall-flessibbiltà. F'tali każijiet, il-kumpens finanzjarju għandu jkun strettament limitat biex ikopri l-ispejjeż li jirriżultaw, imġarrba mill-fornituri tal-klijenti parteċipanti jew mill-partijiet responsabbli mill-ibbilanċjar tal-fornituri matul l-attivazzjoni tar-rispons għad-domanda. Il-metodu ta' kalkolu għall-kumpens jista' jqis il-benefiċċji indotti mill-aggregaturi indipendenti lil parteċipanti oħra fis-suq u, fejn jagħmel dan, l-aggregaturi jew il-klijenti parteċipanti jistgħu jiġu mitluba jikkontribwixxu għal tali kumpens iżda biss jekk u sa fejn il-benefiċċji għall-fornituri kollha, għall-klijenti u għall-partijiet tagħhom responsabbli mill-bilanċ tagħhom ma jeċċedux l-ispejjeż diretti mġarrba. Il-metodu tal-kalkolu għandu jkun suġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali jew ta' awtorità kompetenti nazzjonali oħra.
|
|
Artikolu 17 5.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji jew, fejn is-sistema legali nazzjonali tagħhom teżiġi hekk, l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni, li jaġixxu f'kooperazzjoni mill-qrib mal-parteċipanti tas-suq u l-klijenti finali, jistabbilixxu ir-rekwiżiti tekniċi tal-parteċipazzjoni fir-rispons tad-domanda fis-swieq tal-elettriku kollha abbażi tal-karatteristiċi tekniċi ta' dawk is-swieq u l-kapaċitajiet tar-rispons tad-domanda. Tali rekwiżiti għandhom ikopru parteċipazzjoni li tinvolvi tagħbijiet aggregati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|