+Artikolu 17 3.

Artikolu 17 3.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas regolatorju rilevanti tagħhomikun fih tal-anqas l-elementi li ġejjin:

(a) 

id-dritt għal kull parteċipant tas-suq involut fl-aggregazzjoni, inkluż l-aggregaturi indipendenti, biex jidħol fis-swieq tal-elettriku mingħajr il-kunsens tal-parteċipanti l-oħra tas-suq;

(b) 

regoli trasparenti u mhux diskriminatorji li jassenjaw b'mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet lill-intrapriżi u lill-klijenti tal-elettriku kollha;

(c) 

regoli u proċeduri nondiskriminatorji u trasparenti għall-iskambju tad-data bejn il-parteċipanti tas-suq involuti fl-aggregazzjoni u intrapriżi tal-elettriku oħrajn li jiżguraw aċċess faċli għad-data f'termini ugwali u mhux diskriminatorji filwaqt li jipproteġu kompletament informazzjoni sensittiva kummerċjali u d-data personali tal-klijenti;

(d) 

obbligu fuq il-parteċipanti tas-suq impenjati fl-aggregazzjoni li jkunu finanzjarjament responsabbli għall-iżbilanċi li joħolqu fis-sistema tal-elettriku; sa dan il-punt huma għandhom ikunu partijiet responsabbli għall-bilanċ jew għandhom jiddelegaw ir-responsabbiltà għall-ibbilanċjar tagħhom skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2019/943;

(e) 

dispożizzjoni għall-klijenti finali li għandhom kuntratt ma' aggregaturi indipendenti li ma għandhomx ikunu soġġetti għal ħlasijiet, penali indebiti, jew xi restrizzjonijiet kuntrattwali indebita oħra mill-fornituri tagħhom;

(f) 

mekkaniżmu għar-riżoluzzjoni ta' tilwim bejn il-parteċipanti tas-suq involuti fl-aggregazzjoni u parteċipanti tas-suq oħrajn, inkluża r-responsabbiltà għal żbilanċi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.