+Artikolu 18a Ġestjoni tar-riskju mill-fornitur
---+Artikolu 18a 1.
---+Artikolu 18a 2.
---+Artikolu 18a 3.
|
Artikolu 18a Ġestjoni tar-riskju mill-fornitur
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18a 1.
|
L-awtoritajiet regolatorji jew, meta Stat Membru jkun iddeżinja awtorità kompetenti indipendenti alternattiva għal dak l-għan, tali awtorità kompetenti ddeżinjata, filwaqt li tqis id-daqs tal-fornitur jew l-istruttura tas-suq u inkluż, jekk rilevanti, billi twettaq testijiet tal-istress għandha tiżgura li l-fornituri:
(a)
ikollhom fis-seħħ u jimplimentaw strateġiji ta’ ħħeġġjar xierqa, biex jillimitaw ir-riskju ta’ bidliet fil-provvista tal-elettriku bl-ingrossa għall-vijabbiltà ekonomika tal-kuntratti tagħhom mal-klijenti, filwaqt li jżommu l-likwidità fis-swieq għal terminu qasir u s-sinjali tal-prezzijiet minnhom;
(b)
jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jillimitaw ir-riskju tagħhom ta’ interruzzjoni fil-provvista.
|
|
Artikolu 18a 2.
|
L-istrateġiji ta’ ħħeġġjar tal-fornituri jistgħu jinkludu l-użu ta’ ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (77), tar-Regolament (UE) 2019/943 jew strumenti xierqa oħra, bħal kuntratti forward. Fejn jeżistu swieq żviluppati biżżejjed għall-ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija li jippermettu kompetizzjoni effettiva, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li sehem mill-esponiment għar-riskju tal-fornituri għall-bidliet fil-prezzijiet tal-elettriku bl-ingrossa jkun kopert bl-użu ta’ ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija għall-elettriku ġġenerat minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli li jaqblu mad-durata tal-iskopertura għar-riskju tagħhom min-naħa tal-konsumatur, soġġett għall-konformità mad-dritt tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni.
|
|
Artikolu 18a 3.
|
L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw l-aċċessibbiltà tal-prodotti ta’ ħħeġġjar għall-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin u għall-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u biex jistabbilixxu kundizzjonijiet abilitanti għal dak l-għan.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|