|
+Artikolu 20 Funzjonalitajiet ta' sistemi ta' kejl intelliġenti |
Artikolu 20 Funzjonalitajiet ta' sistemi ta' kejl intelliġentiArtikolu 20 Funzjonalitajiet ta' sistemi ta' kejl intelliġenti Fejn l-introduzzjoni ta' sistemi ta' kejl intelliġenti tkun ġiet ivvalutata b'mod pożittiv b'riżultat tal-valutazzjoni tal-kost-benefiċċji msemmija fl-Artikolu 19(2), jew fejn sistemi ta' kejl intelliġenti ikunu ġew introdotti b'mod sistematiku wara l-4 ta' Lulju 2019, l-Istati Membri għandhom jintroduċu sistemi ta' kejl intelliġenti f'konformità mal-istandards Ewropew, Anness II, u r-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
is-sistemi ta' kejl intelliġenti għandhom ikejlu b'mod preċiż il-konsum reali tal-elettriku u għandhom ikunu kapaċi jipprovdu informazzjoni dwar il-ħin reali tal-użu lill-klijenti finali. Id-data storika tal-konsum ivvalidata għandha tkun disponibbli faċilment u b'mod sigur u tidher lill-klijenti finali fuq talba u mingħajr ħlas ulterjuri. Id-data tal-konsum f'ħin kważi reali mhux ivvalidata għandha wkoll issir disponibbli faċilment u b'mod sigur għall-klijenti finali mingħajr ħlas ulterjuri, permezz ta' interfaċċja standardizzata jew permezz ta' aċċess remot, bil-għan li jiġu sostnuti l-programmi awtomatizzati tal-effiċjenza tal-enerġija, tar-rispons tad-domanda u servizzi oħra;
(b)
is-sigurtà tas-sistemi ta' kejl intelliġenti u tal-komunikazzjoni tad-data għandha tikkonforma mar-regoli rilevanti dwar is-sigurtà tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu l-aqwa tekniki disponibbli biex jiġi żgurat l-ogħla livell possibbli ta' ħarsien taċ-ċibersigurtà waqt li jitqiesu l-ispejjeż u l-prinċipju ta' proporzjonalità;
(c)
il-protezzjoni tal-privatezza tal-klijenti finali u tad-data tagħhom għandha tikkonforma mar-regoli rilevanti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza;
(d)
l-operaturi tal-kejl għandhom jiżguraw li l-kejl tal-klijenti attivi li jgħaddu l-elettriku fil-grilja jistgħu ikejlu l-elettriku mgħoddi fil-grilja mill-proprjetà tal-klijenti attivi;
(e)
jekk il-klijenti finali jitolbu hekk, id-data dwar l-elettriku li għaddew fil-grilja u d-data dwar il-konsum tal-elettriku tagħhom għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom, skont l-atti ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 24, permezz ta' interfaċċja ta' komunikazzjoni standardizzata jew aċċess remot, jew għal parti terza li taġixxi f'isimhom, f'format li jinftiehem faċilment, biex ikunu jistgħu jqabblu offerti li fil-fatt ikunu paragunabbli;
(f)
il-klijenti finali għandhom jingħataw pariri u informazzjoni xierqa qabel jew fil-mument tal-installazzjoni ta' kejl intelliġenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-potenzjal sħiħ tagħhom fir-rigward tal-ġestjoni tal-qari tal-miter u l-monitoraġġ tal-konsum tal-enerġija, u dwar il-ġbir u l-ipproċessar tad-data personali f'konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data;
(g)
is-sistemi tal-kejl intelliġenti għandhom jippermettu li l-klijenti finali jkunu soġġetti għal kejl u tpaċija fl-istess riżoluzzjoni ta' ħin bħal tal-perjodu ta' saldu tal-iżbilanċ fis-suq nazzjonali. Għall-finijiet tal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu, għandu jkun possibbli li l-klijenti finali jaċċessaw d-data dwar il-kejl tagħhom jew li jittrażmettuha lil parti oħra mingħajr ebda ħlas addizzjonali u b'konformità mad-dritt tagħhom ta' portabbiltà tad-data skont ir-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|