+Artikolu 23 Ġestjoni tad-data
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
---+Artikolu 23 5.
|
Artikolu 23 Ġestjoni tad-data
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1.
|
Huma u jistabbilixxu r-regoli dwar il-ġestjoni u l-iskambju tad-data, l-Istati Membri, jew meta l-Istat Membru jkun ippreveda hekk, l-awtoritajiet kompetenti maħtura għandhom jispeċifikaw ir-regoli dwar l-aċċess għad-data tal-klijent finali min-naħa ta' partijiet eleġibbli skont dan l-Artikolu u l-qafas ġuridiku applikabbli tal-Unjoni. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, id-data għandha tinftiehem li tinkludi data dwar il-kejl u l-konsum kif ukoll data meħtieġa biex il-klijenti jibdlu fornitur, rispons tad-domanda u servizzi oħra.
|
|
Artikolu 23 2.
|
L-Istati Membri għandhom jorganizzaw il-ġestjoni tad-data sabiex jiżguraw aċċess u skambju effiċjenti u sigur tad-data, kif ukoll protezzjoni tad-data u sigurtà tad-data. Indipendentement mid-data fil-mudell ta' ġestjoni tad-data applikata f'kull Stat Membru, il-partijiet responsabbli għall-ġestjoni tad-data għandhomjipprovdu aċċess għad-data tal-klijent finali lil kwalunkwe parti eliġibbli skont il-paragrafu 1. Il-partijiet eliġibbli għandu jkollhom id-data rikjesta għad-dispożizzjoni tagħhom b'mod mhux diskriminatorju u simultanjament. L-aċċess għad-data għandu jkun faċli u l-proċeduri rilevanti sabiex jinkiseb aċċess għad-data għandhom ikunu pubblikament disponibbli.
|
|
Artikolu 23 3.
|
Ir-regoli dwar l-aċċess għad-data u l-ħżin tad-data għall-finijiet ta' din id-Direttiva għandhom jikkonformaw mal-liġi rilevanti tal-Unjoni. L-ipproċessar tad-data personali fi ħdan il-qafas ta' din id-Direttiva għandu jsir skont ir-Regolament (UE) 2016/679.
|
|
Artikolu 23 4.
|
L-Istati Membri, jew meta l-Istat Membru jkun stipula hekk, l-awtoritajiet kompetenti deżinjati, għandhom jawtorizzaw u jiċċertifikaw jew, fejn applikabbli, jissorveljaw il-partijiet responsabbli għall-ġestjoni tad-data, biex jiżguraw li dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Mingħajr preġudizzju għall-kompiti tal-uffiċjali tal-protezzjoni tad-data skont ir-Regolament (UE) 2016/679, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jesiġu li l-partijiet responsabbli għall-ġestjoni tad-data jaħtru uffiċjali ta' konformità li għandhom ikunu responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda minn dawk il-partijiet biex jiżguraw aċċess mhux diskriminatorju għad-data u l-konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu jaħtru uffiċjali jew il-korpi tal-konformità msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 35(2) ta' din id-Direttiva sabiex jissodisfaw l-obbligi taħt dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 23 5.
|
Il-klijenti finali m'għandhom jintalbu l-ebda ħlas addizzjonali għall-aċċess għad-data tagħhom jew għal talba biex id-data tagħhom issir disponibbli. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-istabbiliment tal-ispejjeż rilevanti għall-aċċess għad-data mill-partijiet eliġibbli. L-Istati Membri, jew meta jkun ippreveda hekk Stat Membru, l-awtoritajiet kompetenti maħtura, għandhom jiżguraw li kwalunkwe spejjeż imposti minn entitajiet regolati li jipprovdu servizzi tad-data jkunu raġonevoli u debitament iġġustifikati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|