Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (
11
), l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-qafas regolatorju meħtieġ biex jiffaċilitaw il-konnessjoni ta’ punti ta’ ċċarġjar pubblikament aċċessibbli u privati b’funzjonalitajiet tal-iċċarġjar intelliġenti u funzjonalitajiet tal-iċċarġjar bidirezzjonali f’konformità mal-Artikolu 20a tad-Direttiva (UE) 2018/2001 man-networks ta’ distribuzzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni jikkooperaw fuq bażi mhux diskriminatorja ma’ kwalunkwe impriża li tkun is-sid ta’, tiżviluppa, topera jew tamministra, punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi, inkluż fir-rigward ta’ konnessjoni mal-grilja.