|
+Artikolu 40 1. |
Artikolu 40 1.Kull operatur ta' sistema tat-trażmissjoni għandu jkun responsabbli biex:
(a)
jiżgura l-kapaċità fit-tul tas-sistema li tlaħħaq ma' domandi raġonevoli għat-trażmissjoni tal-elettriku, l-operazzjoni, il-manutenzjoni u l-iżvilupp taħt kondizzjonijiet ekonomiċi sistemi ta' trażmissjoni siguri, affidabbli u effiċjenti b'kont dovut għall-ambjent, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni u operaturi ta' sistemi tad-distribuzzjoni ġirien;
(b)
jiżgura l-mezzi adegwati biex jissodisfa l-obbligi tiegħu;
(c)
jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista permezz ta' kapaċità ta' trażmissjoni adegwata u affidabbiltà tas-sistema;
(d)
jamministra l-flussi ta' enerġija fuq is-sistema, b'kont meħud ta' skambji ma' sistemi interkonnessi oħra. Għal dak il-għan, l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jkun responsabbli biex jiżgura sistema tal-elettriku sigura, affidabbli u effiċjenti u, f'dak il-kuntest, biex jiżgura d-disponibbiltà tas-servizzi anċillari kollha neċessarji, inklużi dawk provduti minn faċilitajiet ta' rispons tad-domanda u ħżin tal-enerġija, kemm-il darba din id-disponibbiltà tkun waħda indipendenti minn sistemi tat-trażmissjoni oħrajn li magħhom is-sistema tiegħu tkun interkonnessa;
(e)
jipprovdi lill-operatur ta' sistemi oħra li magħhom is-sistema tiegħu tkun interkonnessa, informazzjoni biżżejjed biex jiżgura l-operazzjoni sigura u effiċjenti, l-iżvilupp koordinat u l-interoperabilità tas-sistema interkonnessa;
(f)
jiżgura li ma jkunx hemm diskriminazzjoni bejn l-utenti tas-sistema jew bejn klassijiet ta' utenti tas-sistema, b'mod partikolari favur l-impriżi relatati tiegħu;
(g)
jipprovdi lill-utenti ta' sistema bl-informazzjoni li jeħtieġu għal aċċess effiċjenti għas-sistema;
(h)
il-ġbir ta' kirjiet u pagamenti ta' konġestjoni skont il-mekkaniżmu ta' kumpens tal-operatur tas-sistema ta' inter-trażmissjoni, skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2019/943, li jagħti u jimmaniġġja l-aċċess għall-partijiet terzi u l-għoti ta' spjegazzjonijiet raġunati meta dan l-aċċess ikun miċħud, li għandu jkun immonitorjat mill-awtoritajiet regolatorji; meta jwettqu d-dmirijiet tagħhom skont dan l-Artikolu, l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni għandhom jiffaċilitaw primarjament l-integrazzjoni tas-suq;
(i)
jakkwista servizzi anċillari biex tiġi żgurata s-sigurtà operazzjonali;
(j)
jadotta qafas għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn iċ-ċentri ta' koordinazzjoni reġjonali;
(k)
jipparteċipa fl-istabbiliment tal-valutazzjonijiet Ewropej u nazzjonali tal-adegwatezza tar-riżorsi skont il-Kapitolu IV tar-Regolament (EU) 2019/943;
(l)
id-diġitalizzazzjoni tas-sistemi ta' trażmissjoni;
(m)
il-ġestjoni tad-data, inkluż l-iżvilupp ta' sistemi ta' ġestjoni tad-data, is-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-data, soġġett għar-regoli applikabbli, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenza ta' awtoritajiet oħra. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|