|
+Artikolu 43 1. |
Artikolu 43 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a)
kull impriża li tkun proprjetarja ta' sistema tat-trażmissjoni tagħha taġixxi bħala operatur tas-sistema tat-trażmissjoni;
(b)
l-istess persuna jew persuni mhumiex intitolati:
(i)
li direttament jew indirettament jeżerċitaw kontroll fuq impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew provvista, u li direttament jew indirettament jeżerċitaw kontroll jew jeżerċitaw kwalunkwe dritt fuq operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jew fuq sistema tat-trażmissjoni; jew
(ii)
li direttament jew indirettament jeżerċitaw kontroll fuq operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jew fuq sistema tat-trażmissjoni, u li direttament jew indirettament jeżerċitaw kontroll jew jeżerċitaw kwalunkwe dritt fuq impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew provvista;
(c)
l-istess persuna jew persuni mhumiex intitolati jaħtru membri tal-bord ta' sorveljanza, tal-bord amministrattiv jew ta' korpi li legalment jirrappreżentaw l-impriża, ta' operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jew tas-sistema tat-trażmissjoni, u li direttament jew indirettament jeżerċitaw kontroll jew jeżerċitaw kwalunkwe dritt fuq impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew ta' provvista; u
(d)
l-istess persuna mhix intitolata tkun membru tal-bord ta' sorveljanza, tal-bord amministrattiv jew ta' korpi li legalment jirrappreżentaw l-impriża, kemm ta' impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew ta' provvista u operatur ta' sistema tat-trażmissjoni jew ta' sistema tat-trażmissjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|