+Artikolu 43 Separazzjoni tas-sjieda tas-sistemi ta' trażmissjoni u tal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni
---+Artikolu 43 1.
---+Artikolu 43 2.
---+Artikolu 43 3.
---+Artikolu 43 4.
---+Artikolu 43 5.
---+Artikolu 43 6.
---+Artikolu 43 7.
---+Artikolu 43 8.
---+Artikolu 43 9.
---+Artikolu 43 10.
---+Artikolu 43 11.
|
Artikolu 43 Separazzjoni tas-sjieda tas-sistemi ta' trażmissjoni u tal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 43 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a)
kull impriża li tkun proprjetarja ta' sistema tat-trażmissjoni tagħha taġixxi bħala operatur tas-sistema tat-trażmissjoni;
(b)
l-istess persuna jew persuni mhumiex intitolati:
(i)
li direttament jew indirettament jeżerċitaw kontroll fuq impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew provvista, u li direttament jew indirettament jeżerċitaw kontroll jew jeżerċitaw kwalunkwe dritt fuq operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jew fuq sistema tat-trażmissjoni; jew
(ii)
li direttament jew indirettament jeżerċitaw kontroll fuq operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jew fuq sistema tat-trażmissjoni, u li direttament jew indirettament jeżerċitaw kontroll jew jeżerċitaw kwalunkwe dritt fuq impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew provvista;
(c)
l-istess persuna jew persuni mhumiex intitolati jaħtru membri tal-bord ta' sorveljanza, tal-bord amministrattiv jew ta' korpi li legalment jirrappreżentaw l-impriża, ta' operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jew tas-sistema tat-trażmissjoni, u li direttament jew indirettament jeżerċitaw kontroll jew jeżerċitaw kwalunkwe dritt fuq impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew ta' provvista; u
(d)
l-istess persuna mhix intitolata tkun membru tal-bord ta' sorveljanza, tal-bord amministrattiv jew ta' korpi li legalment jirrappreżentaw l-impriża, kemm ta' impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew ta' provvista u operatur ta' sistema tat-trażmissjoni jew ta' sistema tat-trażmissjoni.
|
|
Artikolu 43 2.
|
Id-drittijiet imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 għandhom jinkludu, b'mod partikolari:
(a)
is-setgħa tal-eżerċizzju tad-drittijiet ta' votazzjoni;
(b)
is-setgħa għall-ħatra tal-membri tal-bord superviżorju, tal-bord amministrattiv jew tal-entitajiet li jirrappreżentaw l-impriżi b'mod legali; jew
(c)
iż-żamma ta' sehem ta' maġġoranza.
|
|
Artikolu 43 3.
|
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, in-nozzjoni ta' “impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew provvista” għandha tinkludi “impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' produzzjoni u provvista” fis-sens tad-Direttiva 2009/73/KE, u t-termini “operatur ta' sistema tat-trażmissjoni” u “sistema tat-trażmissjoni” għandhom jinkludu “operatur ta' sistema tat-trażmissjoni” u “sistema tat-trażmissjoni” fis-sens ta' dik id-Direttiva.
|
|
Artikolu 43 4.
|
L-obbligu stipulat fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jitqies sodisfatt f'sitwazzjoni fejn żewġ impriżi jew aktar li jkunu l-proprjetarji ta' sistemi ta' trażmissjoni joħolqu impriża konġunta li taġixxi ta' operatur tas-sistema tat-trażmissjoni f'żewġ Stati Membri jew aktar għas-sistemi ta' trażmissjoni kkonċernati. L-ebda impriża oħra ma tista' tkun parti minn din l-impriża konġunta, sakemm ma tkunx ġiet approvata taħt l-Artikolu 44 bħala operatur indipendenti tas-sistema jew bħala operatur indipendenti tat-trażmissjoni għall-finijiet tat-Taqsima 3.
|
|
Artikolu 43 5.
|
Għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, fejn il-persuna msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 1 hija l-Istat Membru jew entità pubblika oħra, żewġ entitajiet pubbliċi separati li jeżerċitaw kontroll, minn naħa waħda, fuq operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jew fuq sistema tat-trażmissjoni u, min-naħa l-oħra, fuq impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew provvista, għandhom jitqiesu bħala l-istess persuna jew l-istess persuni.
|
|
Artikolu 43 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li la l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva msemmija fl-Artikolu 41 miżmuma minn operatur tas-sistema tat-trażmissjoni li kienet tagħmel parti minn impriża integrata vertikalment u lanqas il-persunal ta' tali operatur tas-sistema tat-trażmissjoni ma jiġu trasferiti lil impriżi li jwettqu kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni u ta' provvista.
|
|
Artikolu 43 7.
|
Fejn, fit-3 ta' Settembru 2009, is-sistema tat-trażmissjoni tkun il-proprjetà ta' impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafu 1. F'tali każ, l-Istati Membri konċernati għandhom jew:
(a)
jaħtru operatur tas-sistema indipendenti taħt l-Artikolu 44; jew
(b)
jikkonformaw mat-Taqsima 3.
|
|
Artikolu 43 8.
|
Fejn, fit-3 ta' Settembru 2009, is-sistema tat-trażmissjoni tkun il-proprjetà ta' impriża integrata vertikalment u hemm arranġamenti fil-post li jiggarantixxu aktar indipendenza effettiva tal-operatur ta' sistema tat-trażmissjoni mit-Taqsima 3, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 43 9.
|
Qabel ma impriża tkun approvata u maħtura bħala operatur tas-sistema tat-trażmissjoni skont il-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu, hija għandha tkun ċertifikata konformement mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 52(4), (5) u (6) ta' din id-Direttiva u fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2019/943, skont liema l-Kummissjoni għandha tivverifika li l-arranġamenti fis-seħħ jiggarantixxu b'mod ċar iżjed l-indipendenza effettiva tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni milli t-Taqsima 3 ta' dan il-Kapitolu.
|
|
Artikolu 43 10.
|
Impriżi integrati vertikalment li huma proprjetarji ta' sistema tat-trażmissjoni fl-ebda każ ma għandhom jiġu mċaħħda milli jieħdu passi biex jikkonformaw mal-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 43 11.
|
L-impriżi li jwettqu kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta' ġenerazzjoni jew provvista ma għandhom fl-ebda każ ikunu jistgħu jieħdu kontroll ta' jew jeżerċitaw direttament jew indirettament kwalunkwe dritt fuq operaturi ta' sistema tat-trażmissjoni li ġiet separata fl-Istati Membri li japplikaw il-paragrafu 1.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|