|
+Artikolu 46 1. |
Artikolu 46 1.L-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni għandhom ikunu mgħammra bir-riżorsi umani, tekniċi, fiżiċi u finanzjarji kollha biex jaqdu l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva u jwettqu l-attività ta' trażmissjoni tal-elettriku, partikolarment:
(a)
assi li huma meħtieġa għall-attività ta' trażmissjoni tal-elettriku, inkluża s-sistema tat-trażmissjoni, għandhom ikunu l-proprjetà ta' operatur tas-sistema tat-trażmissjoni;
(b)
persunal, meħtieġ għall-attività ta' trażmissjoni tal-elettriku, inkluż il-prestazzjoni tal-kompiti korporattivi, għandu jiġi impjegat mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni;
(c)
il-leasing ta' persunal u l-għoti ta' servizzi, lil u minn kwalunkwe parti oħra tal-impriża integrata vertikalment għandha tiġi pprojbita. Madankollu dan ma għandux jipprevjeni l-operatur ta' sistema tat-trażmissjoni milli jagħti servizzi lill-impriża integrata vertikalment, dment li:
(i)
il-provvista ta' dawn is-servizzi ma tiddiskriminax bejn l-utenti tas-sistema, tkun disponibbli lil utenti kollha tas-sistema fuq l-istess termini u kondizzjonijiet u ma tirrestrinġix, tgħawweġ jew tipprevjeni kompetizzjoni fil-produzzjoni jew il-provvista; u
(ii)
it-termini u l-kondizzjonijiet tal-provvista ta' dawn is-servizzi huma approvati mill-awtorità regolatorja;
(d)
mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-Korp ta' Sorveljanza taħt l-Artikolu 49, riżorsi finanzjarji xierqa għal proġetti futuri ta' investiment u/jew għas-sostituzzjoni ta' assi eżistenti għandhom ikunu disponibbli għall-operatur ta' sistema tat-trażmissjoni fiż-żmien dovut mill-impriża integrata vertikalment wara talba adatta mill-operatur ta' sistema tat-trażmissjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|