+Artikolu 46 L-assi, it-tagħmir, il-persunal u l-identità
---+Artikolu 46 1.
---+Artikolu 46 2.
---+Artikolu 46 3.
---+Artikolu 46 4.
---+Artikolu 46 5.
---+Artikolu 46 6.

Artikolu 46 L-assi, it-tagħmir, il-persunal u l-identità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 46 1.

L-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni għandhom ikunu mgħammra bir-riżorsi umani, tekniċi, fiżiċi u finanzjarji kollha biex jaqdu l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva u jwettqu l-attività ta' trażmissjoni tal-elettriku, partikolarment:

(a) 

assi li huma meħtieġa għall-attività ta' trażmissjoni tal-elettriku, inkluża s-sistema tat-trażmissjoni, għandhom ikunu l-proprjetà ta' operatur tas-sistema tat-trażmissjoni;

(b) 

persunal, meħtieġ għall-attività ta' trażmissjoni tal-elettriku, inkluż il-prestazzjoni tal-kompiti korporattivi, għandu jiġi impjegat mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni;

(c) 

il-leasing ta' persunal u l-għoti ta' servizzi, lil u minn kwalunkwe parti oħra tal-impriża integrata vertikalment għandha tiġi pprojbita. Madankollu dan ma għandux jipprevjeni l-operatur ta' sistema tat-trażmissjoni milli jagħti servizzi lill-impriża integrata vertikalment, dment li:

(i) 

il-provvista ta' dawn is-servizzi ma tiddiskriminax bejn l-utenti tas-sistema, tkun disponibbli lil utenti kollha tas-sistema fuq l-istess termini u kondizzjonijiet u ma tirrestrinġix, tgħawweġ jew tipprevjeni kompetizzjoni fil-produzzjoni jew il-provvista; u

(ii) 

it-termini u l-kondizzjonijiet tal-provvista ta' dawn is-servizzi huma approvati mill-awtorità regolatorja;

(d) 

mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-Korp ta' Sorveljanza taħt l-Artikolu 49, riżorsi finanzjarji xierqa għal proġetti futuri ta' investiment u/jew għas-sostituzzjoni ta' assi eżistenti għandhom ikunu disponibbli għall-operatur ta' sistema tat-trażmissjoni fiż-żmien dovut mill-impriża integrata vertikalment wara talba adatta mill-operatur ta' sistema tat-trażmissjoni.

Artikolu 46 2.

L-attività tat-trażmissjoni tal-elettriku għandha għall-anqas tinkludi l-kompiti li ġejjin flimkien ma' dawk elenkati fl-Artikolu 40:

(a) 

rappreżentanza tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u kuntatti lil partijiet terzi u l-awtoritajiet regolatorji;

(b) 

rappreżentanza tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni fl-“ENTSO għall-Elettriku”;

(c) 

l-għoti u l-ġestjoni ta' aċċess ta' parti terza fuq bażi non-diskriminatorja bejn utenti tas-sistema jew klassijiet ta' utenti tas-sistema;

(d) 

il-ġbir tal-ispejjeż kollha relatati mas-sistema tat-trażmissjoni inkluż l-ispejjeż ta' aċċess, enerġija għal telf u imposti għal servizzi anċillari;

(e) 

l-operazzjoni, il-manutenzjoni u l-iżvilupp ta' sistema tat-trażmissjoni sigura, effiċjenti u ekonomika;

(f) 

ippjanar ta' investiment li jiżgura l-abilità fuq perjodu ta' żmien fit-tul biex jilħaq domanda raġonevoli u jiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista;

(g) 

l-istabbiliment ta' impriżi konġunti xierqa, inkluż ma' operatur tas-sistema tat-trażmissjoni wieħed jew aktar, skambji ta' enerġija, u l-atturi l-oħra rilevanti bil-għan tal-iżvilupp tal-ħolqien tas-swieq reġjonali jew jiġi ffaċilitat il-proċess ta' liberalizzazzjoni; u

(h) 

is-servizzi korporattivi kollha, inklużi s-servizzi legali, il-kontabilità u s-servizzi tal-IT.

Artikolu 46 3.
L-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni għandhom ikunu organizzati f'forma legali kif imsemmija fl-Anness 1 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ).
Artikolu 46 4.
L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni ma għandux joħloq, fl-identità korporattiva, komunikazzjonijiet, użu tal-marka (branding) u leasing tiegħu, konfużjoni fir-rigward tal-identità separata tal-impriża integrata vertikalment jew kwalunkwe parti tagħha.
Artikolu 46 5.
L-operatur ta' sistema tat-trażmissjoni ma għandux jikkondividi sistemi jew tagħmir tal-IT, bini fiżiku u sistemi ta' aċċess tas-sigurtà ma' kwalunkwe parti tal-impriża integrata vertikalment u lanqas juża l-istess konsulenti jew kuntratturi esterni għal sistemi jew tagħmir tal-IT, u sistemi ta' aċċess tas-sigurtà.
Artikolu 46 6.
Il-kontijiet tal-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni għandhom jiġu vverifikati minn awditur li ma huwiex dak li jivverifika l-impriża integrata vertikalment jew xi parti minnha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.