|
+Artikolu 46 2. |
Artikolu 46 2.L-attività tat-trażmissjoni tal-elettriku għandha għall-anqas tinkludi l-kompiti li ġejjin flimkien ma' dawk elenkati fl-Artikolu 40:
(a)
rappreżentanza tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u kuntatti lil partijiet terzi u l-awtoritajiet regolatorji;
(b)
rappreżentanza tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni fl-“ENTSO għall-Elettriku”;
(c)
l-għoti u l-ġestjoni ta' aċċess ta' parti terza fuq bażi non-diskriminatorja bejn utenti tas-sistema jew klassijiet ta' utenti tas-sistema;
(d)
il-ġbir tal-ispejjeż kollha relatati mas-sistema tat-trażmissjoni inkluż l-ispejjeż ta' aċċess, enerġija għal telf u imposti għal servizzi anċillari;
(e)
l-operazzjoni, il-manutenzjoni u l-iżvilupp ta' sistema tat-trażmissjoni sigura, effiċjenti u ekonomika;
(f)
ippjanar ta' investiment li jiżgura l-abilità fuq perjodu ta' żmien fit-tul biex jilħaq domanda raġonevoli u jiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista;
(g)
l-istabbiliment ta' impriżi konġunti xierqa, inkluż ma' operatur tas-sistema tat-trażmissjoni wieħed jew aktar, skambji ta' enerġija, u l-atturi l-oħra rilevanti bil-għan tal-iżvilupp tal-ħolqien tas-swieq reġjonali jew jiġi ffaċilitat il-proċess ta' liberalizzazzjoni; u
(h)
is-servizzi korporattivi kollha, inklużi s-servizzi legali, il-kontabilità u s-servizzi tal-IT. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|