+Artikolu 50 Programm ta' konformità u uffiċjal għall-konformità
---+Artikolu 50 1.
---+Artikolu 50 2.
---+Artikolu 50 3.
---+Artikolu 50 4.
---+Artikolu 50 5.
---+Artikolu 50 6.
---+Artikolu 50 7.
---+Artikolu 50 8.
---+Artikolu 50 9.
---+Artikolu 50 10.
---+Artikolu 50 11.
---+Artikolu 50 12.
|
Artikolu 50 Programm ta' konformità u uffiċjal għall-konformità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 50 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni jistabbilixxu programm ta' konformità li jistabbilixxi l-miżuri meħudin biex jiġi żgurat li kull aġir diskriminatorju jiġi eskluż, u jaċċerta li l-konformità ma' dan il-programm hija sorveljata b'mod adatt. Il-programm ta' konformità għandu jistabbilixxi l-obbligi speċifiċi tal-impjegati li jilħqu dawk l-għanijiet. Huwa għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtorità regolatorja, il-konformità mal-programm għandha tiġi sorveljata mill-uffiċjal għall-konformità fuq bażi indipendenti.
|
|
Artikolu 50 2.
|
L-uffiċjal għall-konformità għandu jinħatar mill-Korp ta' Sorveljanza, bil-kondizzjoni li dan jiġi approvat mill-awtorità regolatorja. L-awtorità regolatorja tista' tirrifjuta li tapprova l-ħatra tal-uffiċjal għall-konformità biss għal raġunijiet ta' nuqqas ta' indipendenza jew kapaċità professjonali. L-uffiċjal għall-konformità jista' jkun persuna fiżika jew ġuridika. L-Artikolu 48(2) sa (8) għandhom japplikaw għall-uffiċjal għall-konformità.
|
|
Artikolu 50 3.
|
L-uffiċjal għall-konformità għandu jkun inkarigat milli:
(a)
jissorvelja l-implimentazzjoni tal-programm ta' konformità;
(b)
ifassal rapport annwali, li juri l-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni tal-programm ta' konformità u jippreżentah lill-awtorità regolatorja;
(c)
jirrapporta lill-Korp ta' Sorveljanza u joħroġ rakkomandazzjonijiet dwar il-programm ta' konformità u l-implimentazzjoni tiegħu;
(d)
jinnotifika lill-awtorità regolatorja dwar kwalunkwe ksur sostanzjali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programm ta' konformità; u
(e)
jirrapporta lill-awtorità regolatorja dwar kwalunkwe relazzjoni kummerċjali u finanzjarja bejn l-impriża integrata vertikalment u l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni.
|
|
Artikolu 50 4.
|
L-uffiċjal għall-konformità għandu jippreżenta d-deċiżjonijiet proposti dwar il-pjan ta' investiment jew dwar investimenti individwali fin-netwerk lill-awtorità regolatorja. Dan għandu jseħħ l-aktar tard meta t-tmexxija u/jew il-korp amministrattiv kompetenti tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jippreżentahom lill-Korp ta' Sorveljanza.
|
|
Artikolu 50 5.
|
Fejn l-impriża integrata vertikalment, fl-assemblea ġenerali jew permezz tal-vot tal-membri tal-Korp ta' Sorveljanza li hija tkun ħatret, tkun evitat l-adozzjoni ta' deċiżjoni bl-effett li ma jitħallewx isiru jew jiġu ttardjati investimenti, li taħt il-pjan ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk kellha tiġi implimentata fit-tliet snin ta' wara, l-uffiċjal għall-konformità għandu jirrapporta dan lill-awtorità regolatorja, li mbagħad għandha taġixxi f'konformità mal-Artikolu 51.
|
|
Artikolu 50 6.
|
Il-kondizzjonijiet li jiggvernaw il-mandat jew il-kondizzjonijiet ta' impjieg tal-uffiċjal għall-konformità, inkluż it-tul tal-mandat tiegħu, għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità regolatorja. Dawk il-kondizzjonijiet għandhom jiżguraw l-indipendenza tal-uffiċjal għall-konformità, inkluż permezz tal-provvista tar-riżorsi kollha meħtieġa għat-twettiq ta' dmirijiet tal-uffiċjal għall-konformità. Matul il-mandat tiegħu, l-uffiċjal għall-konformità ma jista' jkollu l-ebda pożizzjoni professjonali oħra, responsabbiltà jew interess, b'mod dirett jew indirett fi jew ma' kwalunkwe parti tal-impriża integrata vertikalment jew mal-azzjonisti li jikkontrollawha.
|
|
Artikolu 50 7.
|
L-uffiċjal għall-konformità għandu jirrapporta regolarment, bil-fomm jew bil-kitba, lill-awtorità regolatorja u għandu jkollu d-dritt li jirrapporta regolarment, bil-fomm jew bil-kitba, lill-Korp ta' Sorveljanza tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni.
|
|
Artikolu 50 8.
|
L-uffiċjal għall-konformità jista' jattendi l-laqgħat kollha tat-tmexxija jew tal-korpi amministrattivi tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni, u dawk tal-Korp ta' Sorveljanza u l-assemblea ġenerali. L-uffiċjal għall-konformità għandu jattendi l-laqgħat kollha li jindirizzaw il-materji li ġejjin:
(a)
il-kondizzjonijiet ta' aċċess għan-network, kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/943, partikolarment fir-rigward tat-tariffi, is-servizzi ta' aċċess għal partijiet terzi, l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni, it-trasparenza, is-servizzi anċillari u s-swieq sekondarji;
(b)
proġetti mibdija sabiex titħaddem, tinżamm u tiġi żviluppata s-sistema tat-trażmissjoni, inkluż investimenti għall-interkonnessjoni u l-konnessjoni;
(c)
xiri jew bejgħ tal-enerġija meħtieġa biex titħaddem is-sistema tat-trażmissjoni.
|
|
Artikolu 50 9.
|
L-uffiċjal għall-konformità għandu jissorvelja l-konformità tal-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni mal-Artikolu 41.
|
|
Artikolu 50 10.
|
L-uffiċjal għall-konformità għandu jkollu aċċess għad-data kollha rilevanti u għall-uffiċċji tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni u għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex jaqdi l-kompiti tiegħu.
|
|
Artikolu 50 11.
|
L-uffiċjal għall-konformità għandu jkollu aċċess għall-uffiċċji tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni mingħajr avviż minn qabel.
|
|
Artikolu 50 12.
|
Wara l-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità regolatorja, il-Korp ta' Sorveljanza jista' jneħħi mill-kariga lill-uffiċjal għall-konformità. Huwa għandu jkeċċi l-uffiċjal għall-konformità għal raġunijiet ta' nuqqas ta' indipendenza jew ta' kapaċità professjonali, meta jiġi mitlub li jagħmel dan mill-awtorità regolatorja.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|