+Artikolu 53 Ċertifikazzjoni fir-rigward ta' pajjiżi terzi
---+Artikolu 53 1.
---+Artikolu 53 2.
---+Artikolu 53 3.
---+Artikolu 53 4.
---+Artikolu 53 5.
---+Artikolu 53 6.
---+Artikolu 53 7.
---+Artikolu 53 8.
---+Artikolu 53 9.
---+Artikolu 53 10.
|
Artikolu 53 Ċertifikazzjoni fir-rigward ta' pajjiżi terzi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 53 1.
|
Fejn ċertifikazzjoni hija meħtieġa minn proprjetarju ta' sistema tat-trażmissjoni jew operatur ta' sistema tat-trażmissjoni u li hija kkontrollata minn persuna jew persuni minn pajjiż terz jew minn pajjiżi terzi, l-awtorità regolatorja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni. L-awtorità regolatorja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni wkoll mingħajr dewmien kull ċirkustanza li tirriżulta f'persuna jew persuni minn pajjiż terz jew minn pajjiżi terzi li jiksbu kontroll tas-sistema tat-trażmissjoni jew operatur ta' sistema tat-trażmissjoni.
|
|
Artikolu 53 2.
|
L-operaturi ta' sistema ta' trażmissjoni għandhom jinnotifikaw lill-awtorità regolatorja bi kwalunkwe ċirkustanza li tirriżulta f'persuna jew persuni minn pajjiż terz jew minn pajjiżi terzi li jiksbu kontroll fuq is-sistema tat-trażmissjoni jew l-operatur ta' sistema tat-trażmissjoni.
|
|
Artikolu 53 3.
|
L-awtorità regolatorja għandha tadotta abbozz tad-deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' operatur ta' sistema tat-trażmissjoni f'erba' xhur mid-data tan-notifika mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni. Hija għandha tirrifjuta ċ-ċertifikazzjoni jekk ma jkunx ġie ppruvat:
(a)
li l-entità kkonċernata tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 43; u
(b)
lill-awtorità regolatorja jew lil awtorità kompetenti nazzjonali oħra maħtura mill-Istat Membru li l-għotja taċ-ċertifikazzjoni mhux ser tpoġġi f'riskju s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-Istat Membru u l-Unjoni. Fil-kunsiderazzjoni ta' din il-kwistjoni l-awtorità regolatorja jew l-awtorità kompetenti nazzjonali l-oħra għandha tieħu kont ta':
(i)
id-drittijiet u l-obbligi tal-Unjoni fir-rigward ta' dawn il-pajjiżi terzi li jirriżultaw taħt id-dritt internazzjonali, inkluż kull ftehim konkluż ma' xi pajjiż terz jew aktar li għalih l-Unjoni hija parti u li jkun indirizza l-kwistjonijiet tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija;
(ii)
id-drittijiet u l-obbligi tal-Istat Membru fir-rigward ta' dawn il-pajjiżi terzi li jirriżultaw minn ftehim konkluż ma' dawn il-pajjiżi terzi, sa fejn huma jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni; u
(iii)
fatti speċifiċi u ċirkostanzi oħra tal-każ u l-pajjiż terz konċernat.
|
|
Artikolu 53 4.
|
Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata mingħajr dewmien mill-awtorità regolatorja lill-Kummissjoni, flimkien mal-informazzjoni rilevanti kollha rigward dik id-deċiżjoni.
|
|
Artikolu 53 5.
|
L-Istati Membri għandhom jagħmlu provvediment sabiex l-awtorità regolatorja u/jew l-awtorità kompetenti maħtura msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3, qabel ma l-awtorità regolatorja tadotta deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni, jitolbu opinjoni mill-Kummissjoni dwar jekk:
(a)
l-entità kkonċernata tikkonformax mar-rekwiżiti tal-Artikolu 43; u
(b)
l-għoti taċ-ċertifikazzjoni ma tpoġġix f'riskju s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija lill-Unjoni.
|
|
Artikolu 53 6.
|
Il-Kummissjoni għandha teżamina t-talba msemmija fil-paragrafu 5 hekk kif tirċeviha. F'xahrejn minn meta tirċievi t-talba, hija għandha tagħti l-opinjoni tagħha lill-awtorità regolatorja jew, jekk it-talba tkun saret mill-awtorità kompetenti maħtura, lil dik l-awtorità. Fit-tħejjija tal-opinjoni, il-Kummissjoni tista' titlob l-opinjoni tal-ACER, l-Istat Membru konċernat, u partijiet interessati. Fil-każ li l-Kummissjoni tagħmel din it-talba, il-perjodu ta' xahrejn għandu jiġi estiż b'xahrejn. Fin-nuqqas ta' opinjoni mill-Kummissjoni fi żmien il-perjodu msemmi fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi, il-Kummissjoni għandha titqies li ma tqajjimx oġġezzjonijiet għad-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja.
|
|
Artikolu 53 7.
|
Meta tkun qiegħda tivvaluta jekk il-kontroll minn persuna jew persuni minn pajjiż terz jew minn pajjiżi terzi ikunx qiegħed ipoġġi f'riskju s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija lill-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tqis:
(a)
il-fatti speċifiċi tal-każ u l-pajjiż terz jew pajjiżi terzi konċernati; u
(b)
id-drittijiet u l-obbligi tal-Unjoni fir-rigward ta' dawn il-pajjiżi terzi li jirriżultaw taħt id-dritt internazzjonali, inkluż kull ftehim konkluż ma' xi pajjiż terz jew aktar li għalih l-Unjoni hija parti u li jkun indirizza l-kwistjonijiet tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija.
|
|
Artikolu 53 8.
|
L-awtorità regolatorja għandha, f'xahrejn mill-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 6, tadotta d-deċiżjoni finali tagħha dwar iċ-ċertifikazzjoni. Meta tadotta d-deċiżjoni finali tagħha l-awtorità regolatorja għandha tqis bl-aktar mod possibbli l-opinjoni tal-Kummissjoni. Fi kwalunkwe każ l-Istati Membri għandhom ikollhom id-dritt li jirrifjutaw iċ-ċertifikazzjoni fejn l-għoti ta' ċertifikazzjoni tqiegħed f'riskju s-sigurtà tal-provvista tal-enerġiji tal-Istati Membri jew is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija ta' Stat Membru ieħor. Fejn l-Istat Membru jkun ħatar awtorità kompetenti nazzjonali oħra biex tagħmel il-valutazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3, huwa jista' jesiġi li l-awtorità regolatorja tadotta d-deċiżjoni finali tagħha f'konformità mal-valutazzjoni ta' dik l-awtorità kompetenti nazzjonali. Id-deċiżjoni finali tal-awtorità regolatorja u l-opinjoni tal-Kummissjoni għandhom jiġu ppubblikati flimkien. Fejn id-deċiżjoni finali tvarja mill-opinjoni tal-Kummissjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi u jippubblika, flimkien ma' dik id-deċiżjoni, ir-raġunar għal dik id-deċiżjoni.
|
|
Artikolu 53 9.
|
Xejn f'dan l-Artikolu ma għandu jaffettwa d-dritt tal-Istati Membri li, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, jeżerċitaw kontrolli legali nazzjonali biex iħarsu interessi leġittimi tas-sigurtà pubblika.
|
|
Artikolu 53 10.
|
Dan l-Artikolu, bl-eċċezzjoni tal-punt (a) tal-paragrafu 3 tiegħu, għandu japplika wkoll għal Stati Membri li huma soġġetti għal deroga taħt l-Artikolu 66.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|