+Artikolu 57 Ħatra u indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji
---+Artikolu 57 1.
---+Artikolu 57 2.
---+Artikolu 57 3.
---+Artikolu 57 4.
---+Artikolu 57 5.
---+Artikolu 57 6.
---+Artikolu 57 7.

Artikolu 57 Ħatra u indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 57 1.
Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità regolatorja waħda fil-livell nazzjonali.
Artikolu 57 2.
Il-paragrafu 1għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-ħatra ta' awtoritajiet regolatorji oħrajn fil-livell reġjonali fl-Istati Membri, sakemm ikun hemm rappreżentant superjuri wieħed għall-finijiet ta' rappreżentanza u kuntatt fil-livell tal-Unjoni fil-Bord tar-Regolaturi tal-ACER konformement mal-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) 2019/942.
Artikolu 57 3.
B'deroga mill-paragrafu 1, Stat Membru jista' jaħtar awtoritajiet regolatorji għal sistemi żgħar fuq reġjun ġeografikament separat li fis-sena 2008 jkollu konsum ta' anqas minn 3 % tal-konsum totali tal-Istat Membru li minnu jagħmel parti. Dik id-deroga għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-ħatra ta'rappreżentant superjuri wieħed għall-finijiet ta' rappreżentanza u kuntatt fil-livell tal-Unjoni fil-Bord tar-Regolaturi tal-ACER skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) 2019/942.
Artikolu 57 4.

L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza tal-awtorità regolatorja u jiżguraw li din teżerċita is-setgħat tagħha b'mod imparzjali u trasparenti. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta twettaq il-kompiti regolatorji kkonferiti fuqha permezz ta' din id-Direttiva u l-leġislazzjoni relatata, l-awtorità regolatorja:

(a) 

tkun legalment distinta u funzjonalment indipendenti minn kwalunkwe entità pubblika jew privata oħra;

(b) 

għandha tiżgura li l-persunal tagħha u l-persuni responsabbli għall-ġestjoni tagħha:

(i) 

jaġixxu b'mod indipendenti minn kwalunkwe interess tas-suq; u

(ii) 

ma jitolbux jew jieħdu istruzzjonijiet diretti mill-ebda gvern jew entità pubblika jew privata oħra fit-twettiq tal-kompiti regolatorji. Dak ir-rekwiżit huwa mingħajr preġudizzju għall-kooperazzjoni mill-qrib, fejn ikun il-każ, ma' awtoritajiet nazzjonali oħra rilevanti jew għal-linji gwida ġenerali ta' politika maħruġa mill-gvern li ma jkunux relatati mad-dmirijiet u setgħat regolatorji taħt l-Artikolu 59.

Artikolu 57 5.

Sabiex tkun protetta l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji, l-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jiżguraw li:

(a) 

l-awtorità regolatorja tista' tieħu deċiżjonijiet awtonomi, b'mod indipendenti minn kwalunkwe entità politika;

(b) 

l-awtorità regolatorja għandha r-riżorsi umani u finanzjarji kollha neċessarji li għandha bżonn sabiex twettaq il-kompiti u teżerċita s-setgħat tagħha b'mod effikaċi u effiċjenti;

(c) 

l-awtorità regolatorja għandha allokazzjonijiet annwali separati tal-baġit u awtonomija fl-implementazzjoni tal-baġit allokat;

(d) 

il-membri tal-Bord tal-Awtorità Regolatorja jew, fin-nuqqas ta' bord, l-eżekuttiv għoli tal-awtorità regolatorja għandhom jinħatru għal terminu fiss ta' minn 5 sa 7 snin, li jista' jiġġedded darba biss;

(e) 

il-membri tal-bord tal-awtorità regolatorja jew, fin-nuqqas ta' bord, l-eżekuttiv għoli tal-awtorità regolatorja, jinħatar abbażi ta' kriterji oġġettivi, trasparenti u ppubblikati, fi proċedura indipendenti u imparzjali, li tiżgura li l-kandidati jkollhom il-ħiliet u l-esperjenza meħtieġa għall-pożizzjoni rilevanti fl-awtorità regolatorja;

(f) 

ikun hemm fis-seħħ dispożizzjonijiet għall-kunflitt ta' interess u li l-obbligi ta' kunfidenzjalità jmorru lil hinn mill-mandat tal-membri tal-bord tal-awtorità regolatorja jew, fin-nuqqas ta' bord, it-tmiem tal-mandat tal-eżekuttiv għoli tal-awtorità regolatorja;

(g) 

il-membri tal-bord tal-awtorità regolatorja jew, fin-nuqqas ta' bord, l-eżekuttiv għoli tal-awtorità regolatorja, jista' jitneħħa biss abbażi ta' kriterji trasparenti fis-seħħ.

Fir-rigward tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw skema ta' rotazzjoni adegwata għall-bord jew għall-eżekuttiv għoli. Il-membri tal-bord jew, fin-nuqqas ta' bord, il-membri tal-eżekuttiv għoli jistgħu biss jitneħħew mill-kariga matul il-mandat tagħhom jekk ma jibqgħux jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu jew jekk jinsabu ħatja ta' mġiba ħażina skont il-liġi nazzjonali.

Artikolu 57 6.
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li jsir kontroll ex-post tal-kontijiet annwali tal-awtoritajiet regolatorji minn awditur indipendenti.
Artikolu 57 7.
Sal-5 ta' Lulju 2022 u sussegwentement kull erba'snin, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-konformità tal-awtoritajiet nazzjonali mal-prinċipju ta' indipendenza stabbilit f'dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.