|
+Artikolu 57 4. |
Artikolu 57 4.L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-indipendenza tal-awtorità regolatorja u jiżguraw li din teżerċita is-setgħat tagħha b'mod imparzjali u trasparenti. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta twettaq il-kompiti regolatorji kkonferiti fuqha permezz ta' din id-Direttiva u l-leġislazzjoni relatata, l-awtorità regolatorja:
(a)
tkun legalment distinta u funzjonalment indipendenti minn kwalunkwe entità pubblika jew privata oħra;
(b)
għandha tiżgura li l-persunal tagħha u l-persuni responsabbli għall-ġestjoni tagħha:
(i)
jaġixxu b'mod indipendenti minn kwalunkwe interess tas-suq; u
(ii)
ma jitolbux jew jieħdu istruzzjonijiet diretti mill-ebda gvern jew entità pubblika jew privata oħra fit-twettiq tal-kompiti regolatorji. Dak ir-rekwiżit huwa mingħajr preġudizzju għall-kooperazzjoni mill-qrib, fejn ikun il-każ, ma' awtoritajiet nazzjonali oħra rilevanti jew għal-linji gwida ġenerali ta' politika maħruġa mill-gvern li ma jkunux relatati mad-dmirijiet u setgħat regolatorji taħt l-Artikolu 59. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|