|
+Artikolu 59 3. |
Artikolu 59 3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji jingħatawlhom is-setgħat li jippermettulhom iwettqu l-kompiti msemmija f'dan l-Artikolu b'mod effiċjenti u mingħajr dewmien. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet regolatorji għandu jkollhom għall-anqas dawn is-setgħat:
(a)
li jimponu deċiżjonijiet obbligatorji fuq l-impriżi tal-elettriku;
(b)
li jwettqu investigazzjonijiet fil-funzjonament tas-swieq tal-elettriku, u li jiddeċiedu u jimponu kwalunkwe miżura meħtieġa u proporzjonata għall-promozzjoni ta' kompetizzjoni effettiva u jiżguraw il-funzjonament korrett tas-suq. Fejn ikun opportun, l-awtoritajiet regolatorji għandhom ikollhom ukoll is-setgħa li jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni u mar-regolaturi tas-swieq finanzjarji jew mal-Kummissjoni fit-twettiq ta' investigazzjoni relatata mal-liġi tal-kompetizzjoni;
(c)
li jitolbu kwalunkwe informazzjoni mill-impriżi tal-elettriku li tkun rilevanti għall-qadi tad-dmirijiet tagħha, inkluża l-ġustifikazzjoni għal kull rifjut ta' aċċess għall-partijiet terzi, u kull informazzjoni dwar miżuri meħtieġa biex jissaħħaħ in-netwerk;
(d)
li jimponu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi fuq impriżi tal-elettriku li ma jikkonformawx mal-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) 2019/943 jew kwalunkwe deċiżjoni rilevanti legalment obbligatorja tal-awtoritajiet regolatorji jew tal-ACER, jew li jipproponu li qorti kompetenti timponi dawn il-penali, inkluż is-setgħa li jimponu, jew li jipproponu l-impożizzjoni ta' penali sa 10 % tal-fatturat annwali tal-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni fuq l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jew sa 10 % tat-turnover annwali tal-impriża integrata vertikalment fuq l-impriża integrata vertikalment, fejn ikun il-każ, għan-nuqqas ta' konformità mal-obbligi rispettivi tagħhom taħt din id-Direttiva; u
(e)
drittijiet xierqa ta' investigazzjonijiet u s-setgħat rilevanti ta' istruzzjonijiet għas-soluzzjoni ta' tilwim taħt l-Artikolu 60(2) u (3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|