+Artikolu 60 Deċiżjonijiet u lmenti
---+Artikolu 60 1.
---+Artikolu 60 2.
---+Artikolu 60 3.
---+Artikolu 60 4.
---+Artikolu 60 5.
---+Artikolu 60 6.
---+Artikolu 60 7.
---+Artikolu 60 8.
|
Artikolu 60 Deċiżjonijiet u lmenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 60 1.
|
L-awtoritajiet regolatorji għandu jkollhom l-awtorità li jirrikjedu lil operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni u lill-operaturi tas-sistema tad-distribuzzjoni, jekk meħtieġ, li jimmodifikaw it-termini u l-kondizzjonijiet, inklużi t-tariffi u l-metodoloġiji msemmija fl-Artikolu 59 ta' din id-Direttiva, biex jaċċertaw li huma proporzjonati u applikati b'mod mhux diskriminatorju, f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2019/943. F'każ ta' dewmien rigward l-iffissar tat-tariffi ta' trażmissjoni u distribuzzjoni, l-awtoritajiet regolatorji għandu jkollhom is-setgħa li jiffissaw jew japprovaw tariffi jew metodoloġiji proviżorji ta' trażmissjoni u distribuzzjoni u li jiddeċiedu dwar il-miżuri xierqa ta' kumpens fil-każ li t-tariffi jew il-metodoloġiji finali ta' trażmissjoni u distribuzzjoni jiddevjaw minn dawn it-tariffi jew metodoloġiji proviżorji.
|
|
Artikolu 60 2.
|
Kwalunkwe parti li jkollha lment kontra operatur tas-sistema tat-trażmissjoni jew distribuzzjoni b'rabta mal-obbligi ta' dak l-operatur skont din id-Direttiva, tista' tirreferi l-ilment lill-awtorità regolatorja li, waqt li tkun qiegħda taġixxi bħala awtorità li ssolvi t-tilwim, għandha tagħti deċiżjoni fi żmien xahrejn minn meta tkun irċeviet l-ilment. Dan il-perjodu jista' jiġi estiż b'xahrejn oħra fejn tkun qiegħda tintalab informazzjoni addizzjonali mill-awtoritajiet regolatorji. Dan il-perjodu jista' jiġi estiż bil-qbil tal-persuna li tkun għamlet l-ilment. Id-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja għandha jkollha effett obbligatorju kemm-il darba u sakemm tiġi rrevokata b'appell.
|
|
Artikolu 60 3.
|
Kwalunkwe parti li tkun affettwata u li jkollha d-dritt li tressaq ilment dwar deċiżjoni fuq metodoloġiji meħuda skont l-Artikolu 59 jew, fejn l-awtorità regolatorja jkollha l-obbligu li tikkonsulta ruħha dwar it-tariffi jew il-metodoloġiji proposti, din tista', fi żmien xahrejn, jew f'perjodu iqsar kif deċiż mill-Istati Membri, wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni jew il-proposta għad-deċiżjoni, tissottometti l-ilment għal reviżjoni. Tali lment ma għandux ikollu effett sospensiv.
|
|
Artikolu 60 4.
|
L-Istati Membri għandhom joħolqu mekkaniżmi adatti u effiċjenti għar-regolament, il-kontroll u t-trasparenza sabiex jiġi evitat abbuż ta' pożizzjoni dominanti, b'mod partikolari bi żvantaġġ għall-konsumaturi, u kwalunkwe aġir predatorju. Dawk il-mekkaniżmi għandhom jieħdu kont tad-dispożizzjonijiet tat-TFUE, u b'mod partikolari l-Artikolu 102 tiegħu.
|
|
Artikolu 60 5.
|
L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li jittieħdu l-passi adatti, inklużi azzjoni amministrattiva jew proċeduri kriminali konformement mal-liġi nazzjonali tagħhom, kontra l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi responsabbli fejn ma jkunux ġew rispettati r-regoli tal-kunfidenzjalità imposti minn din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 60 6.
|
L-ilmenti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżerċitar tad-drittijiet tal-appell taħt il-liġi tal-Unjoni u/jew taħt il-liġi nazzjonali.
|
|
Artikolu 60 7.
|
Id-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-awtoritajiet regolatorji għandhom ikunu motivati u ġustifikati għal kollox sabiex tkun tista' ssir reviżjoni ġuridika. Id-deċiżjonijiet għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku filwaqt li tinżamm il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjali sensittiva.
|
|
Artikolu 60 8.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mekkaniżmi adatti fuq il-livell nazzjonali li taħthom, entità affettwata minn deċiżjoni tal-awtorità nazzjonali regolatorja jkollha d-dritt tal-appell lil korp li huwa indipendenti mill-partijiet involuti u minn kull gvern.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|