+Artikolu 66a L-aċċess għal enerġija affordabbli matul kriżi fil-prezzijiet tal-elettriku
---+Artikolu 66a 1.
---+Artikolu 66a 2.
---+Artikolu 66a 3.
---+Artikolu 66a 4.
---+Artikolu 66a 5.
---+Artikolu 66a 6.
---+Artikolu 66a 7.
---+Artikolu 66a 8.
|
Artikolu 66a L-aċċess għal enerġija affordabbli matul kriżi fil-prezzijiet tal-elettriku
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 66a 1.
|
Il-Kunsill jista’, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, permezz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni, jiddikjara kriżi fil-prezzijiet tal-elettriku reġjonali jew madwar l-Unjoni kollha, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-eżistenza ta’ prezzijiet medji għoljin ħafna fis-swieq tal-elettriku bl-ingrossa ta’ mill-anqas darbtejn u nofs il-prezz medju matul il-ħames snin preċedenti, u tal-inqas 180 EUR/MWh li huma mistennija li jkomplu għal mill-anqas sitt xhur, il-kalkolu tal-prezz medju matul il-ħames snin preċedenti li ma jqisx dawk il-perjodi fejn tkun ġiet iddikjarata kriżi tal-prezzijiet tal-elettriku reġjonali jew tal-Unjoni kollha;
(b)
iseħħu żidiet qawwija fil-prezzijiet bl-imnut tal-elettriku fil-medda ta’ 70 % li huma mistennija jkomplu għal mill-anqas tliet xhur.
|
|
Artikolu 66a 2.
|
Id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika l-perjodu ta’ validità tagħha li jista’ jkun għal perjodu sa sena. Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 8 għal perjodi konsekuttivi ta’ mhux aktar minn sena.
|
|
Artikolu 66a 3.
|
Id-dikjarazzjoni ta’ kriżi fil-prezzijiet tal-elettriku reġjonali jew madwar l-Unjoni skont il-paragrafu 1 għandha tiżgura kompetizzjoni u kummerċ ġusti bejn l-Istati Membri kollha affettwati mid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni sabiex is-suq intern ma jkunx distort bla bżonn.
|
|
Artikolu 66a 4.
|
Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jiġu ssodisfati, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta biex tiddikjara kriżi tal-prezzijiet tal-elettriku reġjonali jew fl-Unjoni kollha, li għandha tinkludi l-perjodu ta’ validità propost tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni.
|
|
Artikolu 66a 5.
|
Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jemenda proposta tal-Kummissjoni ppreżentata skont il-paragrafu 4 jew 8.
|
|
Artikolu 66a 6.
|
Meta l-Kunsill ikun adotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, għat-tul ta’ żmien tal-validità ta’ dik id-deċiżjoni, japplikaw interventi pubbliċi mmirati temporanjifl-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku lil intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Dawn l-interventi pubbliċi għandhom:
(a)
ikunu limitati għal massimu ta’ 70 % tal-konsum tal-benefiċjarju matul l-istess perjodu tas-sena preċedenti u jżommu inċentiv għat-tnaqqis fid-domanda;
(b)
jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5(4) u (7);
(c)
fejn rilevanti, jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu;
(d)
ikunu mfassla b’tali mod li jimminimizzaw kull frammentazzjoni negattiva tas-suq intern.
|
|
Artikolu 66a 7.
|
Meta l-Kunsill ikun adotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu, għad-durata tal-validità ta’ dik id-deċiżjoni, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 5(7), il-punt (c), meta jiġu applikati interventi pubbliċi mmirati fl-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku skont l-Artikolu 5(6) jew il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, eċċezzjonalment u temporanjament, jistabbilixxu prezz għall-provvista tal-elettriku li jkun taħt il-kost dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-prezz stabbilit għall-klijenti domestiċi japplika biss, l-aktar, għal 80 % tal-konsum medjan tal-unitajiet domestiċi u jżomm inċentiv għat-tnaqqis fid-domanda;
(b)
ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn il-fornituri;
(c)
il-fornituri jiġu kkumpensati għall-provvista ta’ taħt il-kost b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju;
(d)
il-fornituri kollha huma eliġibbli li jipprovdu offerti għall-prezz għall-provvista tal-elettriku li jkun taħt il-kost fuq l-istess bażi;
(e)
il-miżuri proposti ma jfixklux is-suq intern tal-elettriku.
|
|
Artikolu 66a 8.
|
Fi żmien xieraq qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ validità speċifikat skont il-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jibqgħux jiġu ssodisfati. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 jibqgħu jiġu sodisfatti, hija għandha tissottometti lill-Kunsill proposta biex jiġi estiż il-perjodu ta’ validità ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni adottata skont il-paragrafu 1. Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jestendi l-perjodu ta’ validità, il-paragrafi 6 u 7 għandhom japplikaw matul tali perjodu estiż. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta u timmonitorja kontinwament l-impatt li jirriżulta minn kwalunkwe miżura adottata skont dan l-Artikolu u tippubblika fuq bażi regolari r-riżultati ta’ tali valutazzjonijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|