|
+Artikolu 66a 7. |
Artikolu 66a 7.Meta l-Kunsill ikun adotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu, għad-durata tal-validità ta’ dik id-deċiżjoni, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 5(7), il-punt (c), meta jiġu applikati interventi pubbliċi mmirati fl-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku skont l-Artikolu 5(6) jew il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, eċċezzjonalment u temporanjament, jistabbilixxu prezz għall-provvista tal-elettriku li jkun taħt il-kost dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-prezz stabbilit għall-klijenti domestiċi japplika biss, l-aktar, għal 80 % tal-konsum medjan tal-unitajiet domestiċi u jżomm inċentiv għat-tnaqqis fid-domanda;
(b)
ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn il-fornituri;
(c)
il-fornituri jiġu kkumpensati għall-provvista ta’ taħt il-kost b’mod trasparenti u mhux diskriminatorju;
(d)
il-fornituri kollha huma eliġibbli li jipprovdu offerti għall-prezz għall-provvista tal-elettriku li jkun taħt il-kost fuq l-istess bażi;
(e)
il-miżuri proposti ma jfixklux is-suq intern tal-elettriku. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|