+Artikolu 5 Formati disponibbli
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4
---+Artikolu 5 5
---+Artikolu 5 6
---+Artikolu 5 7
---+Artikolu 5 8
|
Artikolu 5 Formati disponibbli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1
|
1. Mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu V, il-korpi tas-settur pubbliku u l-impriżi pubbliċi għandhom jagħmlu d-dokumenti tagħhom disponibbli b'kwalunkwe format jew lingwa eżistenti qabel, u fejn possibbli u xieraq, b'mezzi elettroniċi, f'formati li jkunu miftuħin, aċċessibbli u li jinqraw mill-magni, u li jistgħu jinstabu u jerġgħu jintużaw, flimkien mal-metadata tagħhom. Kemm il-format kif ukoll il-metadata għandhom, fejn possibbli, jikkonformaw mal-istandards miftuħa formali.
|
|
Artikolu 5 2
|
2. L-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-korpi tas-settur pubbliku u lill-impriżi pubbliċi biex jipproduċu u jagħmlu disponibbli dokumenti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva skont il-prinċipju ta' “ftuħ sa mill-fażi tad-disinn u b'mod awtomatiku”.
|
|
Artikolu 5 3
|
3. Il-paragrafu 1 ma għandux jimplika obbligu għall-korpi tas-settur pubbliku li joħolqu jew jadattaw dokumenti jew jipprovdu siltiet sabiex jikkonformaw ma' dak il-paragrafu meta dan ikun jinvolvi sforz sproporzjonat, li jmur lil hinn minn sempliċi operazzjoni.
|
|
Artikolu 5 4
|
4. Il-korpi tas-settur pubbliku ma għandhomx jintalbu jibqgħu jiġġeneraw u jaħżnu ċertu tip ta' dokumenti bil-ħsieb tal-użu mill-ġdid ta' dawn id-dokumenti minn organizzazzjoni tas-settur privat jew tas-settur pubbliku.
|
|
Artikolu 5 5
|
5. Il-korpi tas-settur pubbliku għandhom jagħmlu d-data dinamika disponibbli għall-użu mill-ġdid immedjat wara l-ġbir, permezz ta' APIs xierqa u, fejn rilevanti, bħala tniżżil massiv.
|
|
Artikolu 5 6
|
6. Fejn it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' data dinamika għall-użu mill-ġdid immedjatament wara l-ġbir, kif imsemmi fil-paragrafu 5 jaqbeż il-kapaċitajiet finanzjarji u tekniċi tal-korp tas-settur pubbliku, u b'hekk jimponi sforz sproporzjonat, dik id-data dinamika għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni għall-użu mill-ġdid f'perijodu ta' żmien jew b'restrizzjonijiet tekniċi temporanji li ma jxekklux indebitament l-isfruttament tal-potenzjal ekonomiku u soċjali tagħhom.
|
|
Artikolu 5 7
|
7. Il-paragrafi 1 sa 6 għandhom japplikaw għal dokumenti eżistenti miżmuma minn impriżi pubbliċi li huma disponibbli għall-użu mill-ġdid.
|
|
Artikolu 5 8
|
8. Is-settijiet tad-data ta' valur għoli, kif elenkat f'konformità mal-Artikolu 14(1), għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni għall-użu mill-ġdid f'formati li jinqraw bil-magni, permezz ta' APIs u, fejn rilevanti, bħala tniżżil massiv.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 26.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L1024
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|