2. Iżda, meta jkun hemm bżonn dritt esklussiv għall-forniment ta' servizz ta' interess pubbliku, il-validità tar-raġuni biex jingħata dak id-dritt esklussiv għandha tkun suġġetta għal rieżami regolari, u f'kull każ għandha tiġi rieżaminata kull tliet snin. L-arranġamenti esklussivi stabbiliti fi jew wara s-16 ta' Lulju 2019 għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku online mill-inqas xahrejn qabel ma jidħlu fis-seħħ. It-termini finali ta' dawn l-arranġamenti għandhom ikunu trasparenti u għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku online.
Dan il-paragrafu ma għandux japplika għad-diġitalizzazzjoni tar-riżorsi kulturali.