+Artikolu 12 Arranġamenti esklussivi
---+Artikolu 12 1
---+Artikolu 12 2
---+Artikolu 12 3
---+Artikolu 12 4
---+Artikolu 12 5
|
Artikolu 12 Arranġamenti esklussivi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1
|
1. L-użu mill-ġdid tad-dokumenti għandu jkun miftuħ għall-utenti potenzjali kollha fis-suq, anki jekk attur wieħed jew aktar tas-suq ikunu diġà sfruttaw prodotti b'valur miżjud ibbażati fuq dawk id-dokumenti. Kuntratti jew arranġamenti oħra bejn il-korpi tas-settur pubbliku jew impriżi pubbliċi li jżommu d-dokumenti u partijiet terzi ma għandhomx jagħtu drittijiet esklussivi.
|
|
Artikolu 12 2
|
2. Iżda, meta jkun hemm bżonn dritt esklussiv għall-forniment ta' servizz ta' interess pubbliku, il-validità tar-raġuni biex jingħata dak id-dritt esklussiv għandha tkun suġġetta għal rieżami regolari, u f'kull każ għandha tiġi rieżaminata kull tliet snin. L-arranġamenti esklussivi stabbiliti fi jew wara s-16 ta' Lulju 2019 għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku online mill-inqas xahrejn qabel ma jidħlu fis-seħħ. It-termini finali ta' dawn l-arranġamenti għandhom ikunu trasparenti u għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku online.
Dan il-paragrafu ma għandux japplika għad-diġitalizzazzjoni tar-riżorsi kulturali.
|
|
Artikolu 12 3
|
3. Minkejja l-paragrafu 1, meta dritt esklussiv jirrigwarda d-diġitalizzazzjoni tar-riżorsi kulturali, b'mod ġenerali l-perijodu ta' esklussività ma għandux jaqbeż l-għaxar snin. Fejn dak il-perijodu jaqbeż l-għaxar snin, id-durata tiegħu għandha tkun suġġetta għal rieżami matul il-11-il sena u, jekk applikabbli, kull seba' snin wara dan.
L-arranġamenti li jagħtu drittijiet esklussivi msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu trasparenti u disponibbli għall-pubbliku.
Fil-każ ta' dritt esklussiv imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-korp tas-settur pubbliku kkonċernat għandu jingħata kopja mingħajr ħlas tar-riżorsi kulturali diġitalizzati bħala parti minn dawk l-arranġamenti. Dik il-kopja għandha tkun disponibbli għall-użu mill-ġdid fi tmiem il-perijodu ta' esklussività.
|
|
Artikolu 12 4
|
4. L-arranġamenti prattiċi jew legali li, mingħajr ma jagħtu espressament dritt esklussiv, ikollhom l-għan jew jistgħu raġonevolment ikunu mistennija li jwasslu għal disponibbiltà ristretta tal-użu mill-ġdid tad-dokumenti minn entitajiet oħra li mhumiex il-partijiet terzi li qed jieħdu sehem fl-arranġament, għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku online mill-inqas xahrejn qabel ma jidħlu fis-seħħ. L-effett ta' tali arranġamenti prattiċi jew legali fuq id-disponibbiltà ta' data għall-użu mill-ġdid għandu jkun soġġett għal rieżami regolari u għandu, fi kwalunkwe każ, jiġi rieżaminat kull tliet snin. It-termini finali ta' dawn l-arranġamenti għandhom ikunu trasparenti u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku online.
|
|
Artikolu 12 5
|
5. Arranġamenti esklussivi li ilhom jeżistu mis-17 ta' Lulju 2013 li ma jikkwalifikawx għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3, u li jkunu daħlu għalihom il-korpi tas-settur pubbliku, għandhom jintemmu fi tmiem il-kuntratt u, fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mit-18 ta' Lulju 2043.
Arranġamenti esklussivi diġà eżistenti fis-16 ta' Lulju 2019 li ma jikkwalifikawx għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3, u li kienu daħlu għalihom il-korpi tas-settur pubbliku, għandhom jintemmu fi tmiem il-kuntratt u fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard mis-17 ta' Lulju 2049.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 26.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L1024
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|