5. Arranġamenti esklussivi li ilhom jeżistu mis-17 ta' Lulju 2013 li ma jikkwalifikawx għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3, u li jkunu daħlu għalihom il-korpi tas-settur pubbliku, għandhom jintemmu fi tmiem il-kuntratt u, fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mit-18 ta' Lulju 2043.
Arranġamenti esklussivi diġà eżistenti fis-16 ta' Lulju 2019 li ma jikkwalifikawx għall-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3, u li kienu daħlu għalihom il-korpi tas-settur pubbliku, għandhom jintemmu fi tmiem il-kuntratt u fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard mis-17 ta' Lulju 2049.