2. L-identifikazzjoni ta' settijiet tad-data speċifiċi ta' valur għoli skont il-paragrafu 1 għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni tal-potenzjal tagħhom li:
|
(a)
|
jiġġeneraw benefiċċji soċjoekonomiċi jew ambjentali importanti, u servizzi innovattivi,
|
|
(b)
|
jibbenefikaw lil għadd kbir ta' utenti, b'mod partikolari SMEs;
|
|
(c)
|
jgħinu biex jiġi ġġenerat id-dħul; u
|
|
(d)
|
jiġu kkombinati ma' settijiet oħra tad-data.
|
Għall-fini tal-identifikazzjoni ta' tali settijiet tad-data speċifiċi ta' valur għoli, il-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell ta' esperti, twettaq valutazzjoni tal-impatt u tiżgura komplementarjetà mal-atti legali eżistenti, bħad-Direttiva 2010/40/UE, fir-rigward tal-użu mill-ġdid ta' dokumenti. Dik il-valutazzjoni tal-impatt għandha tinkludi analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji u analiżi ta' jekk il-provvista ta' settijiet tad-data ta' valur għoli mingħajr ħlas minn korpi tas-settur pubbliku, li huma meħtieġa jiġġeneraw dħul biex ikopru parti sostanzjali mill-ispejjeż tagħhom marbutin mal-prestazzjoni tal-kompiti pubbliċi tagħhom, hux ser twassal għal impatt sostanzjali fuq il-baġit ta' tali korpi. Fir-rigward ta' settijiet tad-data ta' valur għoli miżmuma mill-impriżi pubbliċi, il-valutazzjoni tal-impatt għandha tagħti attenzjoni speċjali lir-rwol tal-impriżi pubbliċi f'ambjent ekonomiku kompetittiv.