+Artikolu 14 Settijiet tad-data speċifiċi ta' valur għoli u arranġamenti għall-pubblikazzjoni u l-użu mill-ġdid
---+Artikolu 14 1
---+Artikolu 14 2
---+Artikolu 14 3
---+Artikolu 14 4
---+Artikolu 14 5

Artikolu 14 Settijiet tad-data speċifiċi ta' valur għoli u arranġamenti għall-pubblikazzjoni u l-użu mill-ġdid

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 14 1

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu lista ta' settijiet tad-data speċifiċi ta' valur għoli li jagħmlu parti mill-kategoriji stabbiliti fl-Anness I u miżmuma minn korpi tas-settur pubbliku u impriżi pubbliċi fost id-dokumenti li għalihom tapplika din id-Direttiva.

Tali settijiet tad-data speċifiċi ta' valur għoli għandhom ikunu:

(a)

disponibbli mingħajr ħlas soġġetti għall-paragrafi 3, 4 u 5;

(b)

f'format li jinqara mill-magni;

(c)

ipprovduti permezz ta' APIs; u

(d)

ipprovduti bħala tniżżil massiv, fejn rilevanti.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni jistgħu jispeċifikaw l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni u l-użu mill-ġdid ta' settijiet tad-data ta' valur għoli. Tali arranġamenti għandhom ikunu kompatibbli ma' liċenzji standard miftuħa.

L-arranġamenti jistgħu jinkludu termini applikabbli għall-użu mill-ġdid, formati ta' data u metadata u arranġamenti tekniċi tad-disseminazzjoni. Investimenti magħmula mill-Istati Membri f'approċċi tad-data miftuħa, bħal investimenti fl-iżvilupp u l-introduzzjoni ta' ċerti standards, għandhom jiġu kkunsidrati u bbilanċati mal-benefiċċji potenzjali minn inklużjoni fil-lista.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

Artikolu 14 2

2.   L-identifikazzjoni ta' settijiet tad-data speċifiċi ta' valur għoli skont il-paragrafu 1 għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni tal-potenzjal tagħhom li:

(a)

jiġġeneraw benefiċċji soċjoekonomiċi jew ambjentali importanti, u servizzi innovattivi,

(b)

jibbenefikaw lil għadd kbir ta' utenti, b'mod partikolari SMEs;

(c)

jgħinu biex jiġi ġġenerat id-dħul; u

(d)

jiġu kkombinati ma' settijiet oħra tad-data.

Għall-fini tal-identifikazzjoni ta' tali settijiet tad-data speċifiċi ta' valur għoli, il-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell ta' esperti, twettaq valutazzjoni tal-impatt u tiżgura komplementarjetà mal-atti legali eżistenti, bħad-Direttiva 2010/40/UE, fir-rigward tal-użu mill-ġdid ta' dokumenti. Dik il-valutazzjoni tal-impatt għandha tinkludi analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji u analiżi ta' jekk il-provvista ta' settijiet tad-data ta' valur għoli mingħajr ħlas minn korpi tas-settur pubbliku, li huma meħtieġa jiġġeneraw dħul biex ikopru parti sostanzjali mill-ispejjeż tagħhom marbutin mal-prestazzjoni tal-kompiti pubbliċi tagħhom, hux ser twassal għal impatt sostanzjali fuq il-baġit ta' tali korpi. Fir-rigward ta' settijiet tad-data ta' valur għoli miżmuma mill-impriżi pubbliċi, il-valutazzjoni tal-impatt għandha tagħti attenzjoni speċjali lir-rwol tal-impriżi pubbliċi f'ambjent ekonomiku kompetittiv.

Artikolu 14 3

3.   Permezz ta' derogazzjoni mill-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jipprevedu li d-disponibbiltà ta' settijiet tad-data ta' valur għoli mingħajr ħlas m'għandhiex tapplika għal settijiet tad-data speċifiċi ta' valur għoli miżmuma minn impriżi pubbliċi fejn dan iwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-swieq rilevanti.

Artikolu 14 4

4.   Ir-rekwiżit li s-settijiet tad-data ta' valur għoli jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mingħajr ħlas skont il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 m'għandhiex tapplika għal libreriji, inkluż libreriji universitarji, mużewijiet u arkivji.

Artikolu 14 5

5.   Fejn it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' settijiet tad-data ta' valur għoli mingħajr ħlas minn korpi tas-settur pubbliku li huma meħtieġa jiġġeneraw dħul biex ikopru parti sostanzjali mill-ispejjeż tagħhom marbutin mal-prestazzjoni tal-kompiti pubbliċi tagħhom iwassal għal impatt sostanzjali fuq il-baġit tal-korpi involuti, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw dawk il-korpi mir-rekwiżit li jagħmlu dawk is-settijiet tad-data ta' valur għoli disponibbli bla ħlas għal perijodu ta' mhux aktar minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ tal-att ta' implimentazzjoni rilevanti adottat f'konformità mal-paragrafu 1.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L1024
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.