5. Fejn it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' settijiet tad-data ta' valur għoli mingħajr ħlas minn korpi tas-settur pubbliku li huma meħtieġa jiġġeneraw dħul biex ikopru parti sostanzjali mill-ispejjeż tagħhom marbutin mal-prestazzjoni tal-kompiti pubbliċi tagħhom iwassal għal impatt sostanzjali fuq il-baġit tal-korpi involuti, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw dawk il-korpi mir-rekwiżit li jagħmlu dawk is-settijiet tad-data ta' valur għoli disponibbli bla ħlas għal perijodu ta' mhux aktar minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ tal-att ta' implimentazzjoni rilevanti adottat f'konformità mal-paragrafu 1.