1. Dan ir-Regolament jimplimenta d-dominju tal-ogħla livell tal-kodiċi tal-pajjiż (“ccTLD”) .eu kif ukoll il-varjanti l-oħra tiegħu b'karattri oħra, sabiex jappoġġja s-suq uniku diġitali, jibni identità tal-Unjoni online u jinkoraġġixxi attivitajiet online transfruntieri. Huwa jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tiegħu, inklużi l-ħatra u l-karatteristiċi tar-Reġistru. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll il-qafas ġuridiku u ta' politika ġenerali li fih għandu jiffunzjona r-Reġistru maħtur.