5. Meta isem ta' dominju jitqies minn qorti ta' Stat Membru li jkun malafamanti, razzist jew kuntrarju għall-politika pubblika jew għas-sigurtà pubblika skont il-liġi tal-Unjoni, jew skont liġi nazzjonali li tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni, dak l-isem ta' dominju għandu jiġi mblokkat mir-Reġistru malli dan jiġi notifikat bid-deċiżjoni tal-qorti u għandu jitħassar malli tiġi notifikata d-deċiżjoni finali tal-qorti. Ir-Reġistru għandu jimblokka minn reġistrazzjoni futura dawk l-ismijiet ta' dominju li jkunu soġġetti għal dik l-ordni tal-qorti sakemm dik l-ordni tibqa' valida.