|
+Artikolu 3 1. |
Artikolu 3 1.Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (UE) 2018/858. Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin.
(a)
“emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2” tfisser il-medja, fir-rigward ta' manifattur, tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-karozzi ġodda kollha tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha prodotti minn dak il-manifattur; ▼M5 —————
(h)
“emissjonijiet speċifiċi ta' CO2” tfisser l-emissjonijiet ta' CO2 minn karozza tal-passiġġieri jew minn vettura kummerċjali ħafifa mkejla konformement mar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u r-Regolamenti ta' implimentazzjoni tiegħu u speċifikati bħala l-massa ta' emissjonijiet (kombinati) ta' CO2 fiċ-ċertifikat ta' konformità tal-vettura. Għal karozzi tal-passiġġieri jew għal vetturi kummerċjali ħfief li ma għandhomx approvazzjoni tat-tip konformement mar-Regolament (KE) Nru 715/2007, “emissjonijiet speċifiċi ta' CO2” tfisser l-emissjonijiet ta' CO2 mkejla konformement mar-Regolament (KE) Nru 715/2007, b'mod partikolari skont l-istess proċedura ta' kejl kif speċifikata fir-Regolament (KE) Nru 692/2008 sal-31 ta' Diċembru 2020, u mill-1 ta' Jannar 2021 fir-Regolament (UE) 2017/1151, jew konformement mal-proċeduri adottati mill-Kummissjoni biex jiġu stabbiliti l-emissjonijiet ta' CO2 għal tali vetturi; ▼M5 —————
(j)
“mira ta' emissjonijiet speċifiċi” tfisser, fir-rigward ta' manifattur, il-mira annwali stabbilita skont l-Anness I jew, jekk il-manifattur jingħata deroga skont l-Artikolu 10, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi stabbilita skont dik id-deroga;
(k)
“mira għall-flotta kollha tal-UE” tfisser l-emissjonijiet medji ta' CO2 għall-karozzi l-ġodda kollha tal-passiġġieri jew għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha li jridu jintlaħqu f'perjodu partikolari;
(l)
“massa tat-test” jew “TM” tfisser il-massa tat-test ta' karozza tal-passiġġieri jew vettura kummerċjali ħafifa kif stabbilit fiċ-ċertifikat tal-konformità u kif definit fil-punt 3.2.25 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151;
(m)
“vettura b'emissjonijiet ta' livell żero jew baxxi” tfisser karozza tal-passiġġieri jew vettura kummerċjali ħafifa b'emissjonijiet mill-pajp tal-egżost minn żero sa 50 g CO2/km, kif stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2017/1151. ▼M5 ————— 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|